SETTE GIUGNO

  • Ġun 06, 2013 09:41
  • Miktub minn

    Kienet waħda mill-aqwa ġrajjiet fl-iżvilupp tal-kuxjenza politika Maltija taż-żminijiet moderni. Il-poplu Malti far f’wirja splussiva ta’ rabja fejn is-sentiment patrijottiku favur il-ħelsien u d-demokrazija, tħallat ma’ protesta qawwija kontra l-għoli tal-prezz tal-ikel u tal-ħteġiet oħra tal-ħajja.

    Hu xieraq li dak li ġara fis-7 ta’ Ġunju ta’ ftit anqas minn seklu ilu jibqa’ jitfakkar.

    Għaliex madankollu t-tifkira donnha tiġri bħala xi ħaġa li qed issir għax għandha ssir, biex ma ngħidx b’mod sfurzat? Kemm tassew għandha għożża popolari?

    Forsi wieħed jista’ jgħid l-istess ħaġa għal festi nazzjonali oħra... bħall-Jum l-Indipendenza u Jum il-Ħelsien. It-tifsira tagħhom isservi l-aktar biex tagħti lill-politikanti fuq xiex jitkellmu u jikkustinjaw. Għall-maġġoranza l-kbira fostna dawn il-jiem l-aktar li jqanqlu għożża għax huma btala.

    Tqum il-mistoqsija. Dil-ħaġa tiġri f’Malta biss? Jew tiġri wkoll f’pajjiżi oħra?

    Mhux minn ewl id-dinja li ftit iħabblu rashom dwar ġrajjiet tal-imgħoddi? Min jimportah aktar li l-Assedju l-Kbir spiċċa kif spiċċa fit-8 ta’ Settembru? L-aqwa li jkollna vaganza dak in-nhar.

    IPOKRISIJA

    Id-defiċit tal-gvern Malti għas-sena li għaddiet qabeż it-3 fil-mija tal-ekonomija kif ikkalkolat skont il-prodott gross domestiku. Il-gvern Nazzjonalista kien ikkonvinċa lilu nnifsu u lill-Kummissjoni Ewropea li dan ma kienx se jiġri u li d-defiċit se jiġi taħt it-3 fil-mija, kif kellu jagħmel skont ir-regoli tat-tmexxija taż-żona ewro. Dan ma ġarax.

    Ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni Nazzjonalista llum tista’ twaħħal fil-gvern il-ġdid għal dil-ħaġa. Malta għaddiet is-sena 2012 kollha kemm hi taħt tmexxija Nazzjonalista, kif jaf kulħadd. Jekk issa l-Kummissjoni Ewropea poġġiet lil Malta mill-ġdid taħt il-proċedura ta’ sorvelja li japplikaw għall-pajjiżi li d-defiċit tagħhom jaqbeż it-3 fil-mija, it-tort hu biss tal-Partit Nazzjonalista. Biex niftehmu: it-tort hu wkoll tal-Kummissjoni Ewropea li ħalliet lill-gvern ta’ gonzi-pn joħroġha ta’ mazzita.

    Min ma jaċċettax dil-ħaġa, kif b’mod inkredibbli mhix tagħmel l-Oppożizzjoni, qed jagħti xhieda tal-akbar ipokriżija.

    SAJF

    Forsi qed jgħaġġlu wisq dawk li qed igergru dwar kif it-temp ma jridx jaf u li s-sajf donnu ma ndunax li wasal żmienu. Anki mal-bqija tal-Ewropa qed ibassru sajf kajman: issa naraw kemm għandhom raġun.

    Kull fejn kont dan l-aħħar ħlief ilmenti dwar dil-“problema” ma smajtx. Jista’ jkun li s-sajf qed ikun aktar makakk din id-darba mis-soltu. Intebaħ kif kull meta jitfaċċa kmieni, ħlief ilmenti jaħarqu dwar is-sħana żejda ma jaqlax. La jiġri x’jiġri n-nies ma tikkuntentax ruħha, allura ma jimportax jekk din is-sena jeħodha “easy” u jittardja.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook