MAL-PAPA

  • Mej 30, 2013 08:36
  • Miktub minn

    Qamet kontroversja, li ħallietni biered, għax il-Papa Franġisku jsemmi ta’ spiss lix-xitan fl-interventi tiegħu. Aktar laqatni d-diskors li Franġisku għamel lil numru ta’ ambaxxaturi ġodda fis-16 ta’ Mejju.

    Bla tlaqliq, tkellem kontra il-mod kif il-predominanza li ħadu s-swieq ħielsa fuq ħajjet il-bniedem laħqet livelli li qed ikattru l-inġustizzji. Saħaq fuq il-ħtieġa li l-gvernijiet jerġgħu jħaddmu l-poteri ta’ deċiżjoni li bihom jistgħu jsewwu l-inġustizzji.

    Il-Papa qed ikun radikali ħafna aktar minn partiti moderni tax-xellug. Dawn ma jistgħux jgħidu l-verità kollha kif inhi, maqbuda kif jinsabu f’tellieqa partitistika biex jirbħu l-voti. Jagħmlu dan f’qagħda fejn il-banek u l-midja, t-tnejn immexxija minn kapitali privati, jiddettaw ir-regoli ta’ tmexxija tas-soċjetà.

    Se jkun hemm min jgħid li l-Papa mhux soġġett għall-madmad ta’ elezzjonijiet. Għalhekk hu jista’ jgħid il-verità b’saħħa. Imma kien hemm Papiet li ma stqarruhiex dil-verità, jew mhux bl-istess qawwa bħalu.

    KEMM TEQRED!

    Ikolli nibqa’ ngħid bejni u bejn ruħi: għadni m’inix konvint...!

    Dan għax għalkemm il-Ministeru tal-Finanzi, il-Kummissjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali juru ruħhom ftit jew wisq fiduċjużi dwar il-qagħda tal-ekonomija Maltija (kollha b’kawtela, niftehmu),, jien bqajt imħasseb. Erġajt ftakart f’li qalli xi ħadd li ltqajt miegħu ftit ilu: Int dejjem tilgħab il-parti ta’ Kassandra. Ried ifisser: kemm teqred!

    Tbeżżagħni l-kompjaċenza fl-istqarrijiet dwar kif it-tkabbir ekonomiku Malti kien superjuri għal taż-żona ewro; jew li l-qgħad tagħna baqa’ fost il-baxxi fl-Ewropa. Bil-kejl tal-investiment pubbliku u privat li jsir fil-pajjiż, tal-kompetittività, u ta’ kemm in-nefqa tagħna qed tħalli riżultati effettivi, bil-kejl anki tar-rata tat-tkabbir ekonomiku llum imqabbla ma’ ta’ għoxrin sena ilu, l-affarijiet ma jidhrux daqstant inkuraġġanti. U lanqas għandna informazzjoni preċiża dwar iż-żewġ setturi li tawna spinta fl-aħħar snin: is-setturi finanzjarju u tal-imħatri bl-internet.

    Mil-lum għal għada dawk li qed juru ottimiżmu kawt dwar l-ekonomija Maltija, jistgħu jduru fuqna u jixluna b’elf nuqqas. Ara x’ġara fl-Irlanda, il-Greċja u Ċipru.

    FIEX NEMMNU

    Hu vitali d-dibattitu dwar sa fejn għandhom jitwasslu d-drittijiet tal-minoranzi fil-pajjiż. Nisimgħu ħafna u bix-xieraq dwar id-drittijiet tal-persuni omosesswali, bisesswali u dawk li jibdlu s-sess. Biss hemm minoranzi oħra li dwarhom ukoll irid jinżamm dibattitu: il-priġunieri fil-ħabs; il-vittmi tal-vjolenza domestika; il-fqar; il-morda; l-iltiema; il-persuni b’diżabbiltà; l-immigranti; il-qgħeda; dawk maqbuda fid-drawwa tad-droga...

    Bħala soċjetà, irridu nkunu nafu x’nemmnu dwarhom. Xi drittijiet u x’libertajiet għandna nirrikonoxxulhom. Kemm fondi publiċi għandhom jiġu dedikati ħalli nħarsu l-interessi tagħhom.

    Kollox jibqa’ marbut mal-mistoqsija: qed nagħmlu biżżejjed? It-tweġiba għal dil-mistoqsija tinbidel bla waqfien.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0