ĦAL-QORMI

  • Mej 20, 2013 09:41
  • Miktub minn

    Nhar ta’ Ħadd filgħodu Ħal-Qormi jsir xehda sħiħa ta’ attività. Hekk sibt meta żort ma’ xi ħbieb, każini tal-lokal. Spikkaw il-każini tal-Aniċi, ta’ Pinto u ta’ San Ġorġ (imniżżla hawn f’ordni alfabetiku),. Bħal f’ħafna mill-għaqdiet tal-baned ta’ Malta, dawk ta’ Ħal-Qormi jeċċellaw f’animazzjoni kulturali bla waqfien. Ix-xogħlijiet artistiċi u ta’ attrezzament jinħadmu, jiġġemmgħu u jiġu ndokrati bl-akbar għożża. Il-kumplessi minn fejn jittellgħu l-attivitajiet dejjem jinfirxu.

    Rajna wirja interessanti ħafna ta’ karozzi qodma u attività ta’ ġbir ta’ fondi favur l-inizjattiva Puttinu...

    Mhux il-Qriema biss igawdu xi jkun għaddej. Iltqajt ma’ nies minn Għawdex, B’Kara, Tas-Sliema, Marsaxlokk, l-Ingilterra, il-Kanada, il-Mosta u l-Marsa...

    Ma neskludix li parti mill-attrazzjoni ta’ Ħal-Qormi l-Ħadd filgħodu tiġi wkoll mill-varjetà ġeneruża ta’ “tapas” stil Malti li jisservew fil-bars u l-kafejiet tal-post.

    PROFS BORG COSTANZI

    Stennejt aktar għarfien fil-midja tal-ħajja u l-karriera tal-Professur Edwin Borg Costanzi, eks-Rettur tal-Università. Miet il-ġimgħa li għaddiet.

    Borg Costanzi jistħoqqlu kull omaġġ bħala pijunier tal-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni terzjarja f’pajjiżna. Dan ġara fis-snin sittin meta b’riżultat ta’ inizjattivi li nieda gvern Laburista bejn l-1955-58, l-Università bdiet tibbenefika minn fondi Ingliżi għal titjib fit-tagħlim universitarju. Il-Professur Borg Costanzi kien protagonist fil-ħidma li saret biex jinġabu fondi ħalli tinbena Università ġdida f’Tal-Qroqq, u biex jiġu ristrutturati l-korsijiet tax-xjenza fost oħrajn. Lagħab rwol essenzjali fil-wasla tal-Università fil-bini dak iż-żmien ġdid tal-Imsida.

    Wara, Borg Costanzi ġie f’konfront mal-gvern Laburista tas-snin 70 dwar bidliet fit-tmexxija universitarja. Dal-konfront seta’ ġie evitat miż-żewġ naħat. Qed ngħid hekk jien li sa mis-snin sittin, ta’ spiss kont kritiku tat-tmexxija tal-professur Borg Costanzi. Jibqa’ l-fatt li jixraqlu għarfien sħiħ għall-kontribut kbir li ta lill-edukazzjoni f’pajjiżna.

    FACEBOOK

    Fl-aħħar ġimgħat, ftaħt facebook personali. Ħbieb kien ilhom jgħiduli li hekk messni nagħmel. Ħassejtni qisni qed nagħmel xi griżma. Sal-lum, għadni ftit inċert x’se jiġri meta tmiss tastiera u mhux oħra. Ta’ spiss, insibni dħalt f’xi logħba jisimha Boogle (jew Buggle?), meta mingħalija nkun dħalt fil-post fejn taqra l-messaġġi li jibgħatulek. Imn’alla sibt ħbieb li qed jagħtuni għajnuna gwappa.

    Hemm ukoll kwistjoni kulturali, jekk mhux semjotika. Xi tfisser tassew per eżempju li tkun “friend” ma’ xi ħadd? Jew li “tiddefriendja” lil xi ħadd? Jew meta timmarka “like”, tkun qed tgħid li xi ħaġa għoġbitek, jew li m’għandekx xi tgħid kontriha, jew li qed tuża t-tastiera tal-“like” biex turi li messaġġ wasallek? L-ambigwitajiet li jeżistu fil-laqgħat wiċċ’imb wiċċ tal-ħajja ta’ kuljum, jinsabu wkoll fid-dinja tal-facebook.

    www.alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1