KULTURA

  • Mej 15, 2013 18:53
  • Miktub minn

    L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti deħlin fi proċess ta’ negozjati biex bejniethom eventwalment iseħħ il-kummerċ ħieles. Sakemm ikun imfassal tajjeb, fl-interess tal-popli u mhux tal-korporazzjonijiet il-kbar, dan hu għan li ta’ min jinkuraġġih. Irid jitwettaq ukoll f’għarfien ta’ dawk l-oqsma fejn il-ħarsien tal-wirt nazzjonali għandu jingħata priorità li tmur lil hinn mill-ħteġiet tal-kummerċ.

    Bi Franza fuq quddiem, numru ta’ pajjiżi membri qed jinsistu li l-kultura għandha titqies bħala eċċezzjoni għall-miżuri ta’ kummerċ ħieles li jistgħu jiddaħħlu. Dan għax l-Istati Uniti bid-dominanza jekk mhux eġemonija li għandhom fl-oqsma tal-midja, tad-divertiment u tal-kommunikazzjoni jistgħu faċilment jisfrondaw il-qafas kulturali nazzjonali tal-pajjiżi Ewropej, li allura jmisshom jipproteġuh. Naħseb li għandhom raġun fuq hekk.

    Din il-ġimgħa ministri tal-kultura Ewropej bagħtu ittra lill-Presidenza Irlandiża tal-Unjoni biex jinsistu li l-kultura tinżamm barra min-negozjati. Iffirmaw l-ittra l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja.

    Stagħġibt li Malta ma kinitx fost il-firmatarji.

    KJARIFIKA

    Qed isir plejtu fl-aħħar dwar il-fatt li waqt li Malta suppost kellha miljuni ta’ fondi f’ewro allokati għaliha sena b’sena mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, parti sostanzjali mill-fondi baqgħu fil-kexxun u ma ntefqux.

    Meta kienet saret il-kampanja tal-gvern Nazzjonalista biex “tgħarraf” lill-poplu dwar il-benefiċċji ta’ sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, konna qajjimna dan il-punt. Il-propaganda “oġġettiva” tal-gvern immexxija minn Dr Simon Busuttil kienet saħqet fuq kif Malta kienet se tispiċċa minn fuq sew bil-fondi ġejjin minn Brussel.

    Aħna għamilna kalkoli li wrew kif kien se jiġri bil-maqlub. L-esperjenza kienet kollha turi li minħabba dak li jissejjaħ l-“absorptive capacity” ta’ pajjizi membri (u mhux Malta biss),, il-fatt li jallokawlek fondi ma jfissirx li se tilħaq tużahom kollha. U taqa’ lura. Dr Busuttil u sħabu tmellħu kemm felħu b’dan l-argument.

    Fil-fatt, il-kalkoli tagħna kienu ottimistiċi. Fid-dħul u l-ħruġ ta’ fondi, Malta marret agħar milli konna bassarna.

    Qed inqanqal dan il-punt biss bħala kjarifika.

    FIGARO BL-INGLIŻ

    Niżżilt fuq youtube l-opra ta’ Mozart “Iż-Żwieġ ta’ Figaro”. Indunajt li kien bl-Ingliż, meta bdejt nisimgħu. Ħaġa stramba kemm ħassejtni skomdu. Il-mod kif l-arji tkantaw kien ċar u vibranti. Il-prestazzjoni mużikali kienet kompetenti u mexxejja. Imma sibt li kontra s-soltu, Figaro qed iħallini biered.

    Mozart imwieled fl-“Awstrija” u għalkemm ta’ kultura “Ġermaniża” segwa t-tradizzjoni li uħud mill-opri tiegħu jippreżentahom bit-Taljan. Jew hekk drajna nisimgħuhom. Preġudizzju tiegħi forsi li b’ilsien ieħor donnhom jitilfu parti mil-lostru tagħhom: jaffettwalek bil-kbir l-apprezzament, jew lili talanqas hekk għamilli.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Mej 16, 2013

    Ghalekk Alfred Sant qal li huma qatt ma kienu kontra l EU ghax bi hsiebu jdeffes rasu hemm u ma jriedx jidher ikrah quddiemhom , pero Sur Sant tinsiex lil la l'poplu Malti ma nesa xghidt laqas l 'UE.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mej 19, 2013

    Malta mhix fost il-firmatarji fejn tidhol kultura.. xokkanti imma mhix sorpriza..!! Pajjizna wiret kultura, imma m'ghandux wahda.

    Irrispondi