L-SPD

  • Mej 12, 2013 16:56
  • Miktub minn

    Il-magazine Der Spiegel tal-ġimgħa l-oħra, xandar intervista stupenda fejn għall-ewwel darba l-ex kanċilliera soċjalisti Germaniżi Helmut Schmidt u Gerhard Schroeder dehru flimkien biex jitkellmu mal-ġurnalisti. L-okkażjoni kienet il-mija u ħamsin anniversarju tal-partit soċjal-demokratiku Ġermaniż dan ix-xahar. Il-mistoqsijiet kienu dwar minn fejn telaq u fejn wasal l-SPD.

    Beda bħala partit x’aktarx “revoluzzjonarju” u internazzjonalista, fi tradizzjoni inkorporata wara mill-Marksiżmu. Illum jippreżenta ruħu bħala riformista li m’għandu xejn kontra s-suq “ħieles”. Laqtuni żewġ punti fl-intervista, fejn Schmidt u Schroeder dehru għal kollox fuq l-istess binarju.

    L-ewwel: ma raw xejn ta’ barraminnhawn fil-fatt li s-soċjalisti Ġermaniżi kienu vvotaw favur il-gwerra tal-Kaiser – l-ewwel gwerra dinjija. Il-partiti soċjalisti Ewropej, minkejja li kienu jipproklamaw l-internazzjonaliżmu, kollha għamlu l-istess u vvotaw favur gwerra nazzjonalista (li fiha mietu miljuni ta’ ħaddiema-suldati),.

    It-tieni, meta ġew biex jiddisktingwu politikament lill-SPD mill-avversarji politiċi tiegħu tal-lum, ftit sabu xi jgħidu.

    DEPUTATI MEXXEJJA

    Kull mexxej politiku jinnaviga bejn fazzjonijiet u personalitajiet fil-kamp tiegħu. Dawn jistgħu jwassluh biex isolvi l-problemi billi jibdel l-istrutturi. Hekk għamel il-mexxej il-ġdid tal-PN meta ppropona li l-PN joħloq żewġ karigi ġodda ta’ deputat mexxej, wieħed għall-Parlament u l-ieħor għall-affarijiet tal-partit. Dan ma sarx skont il-mudell Ġermaniż, kif ta x’jifhem, imma fuq il-mudell tal-PL.

    Anki fil-PL meta saret din il-bidla, ir-raġuni ma kinitx waħda strutturali. Kellha x’taqsam ma’ navigar bejn personalitajiet politiċi skont kontinġenzi li nqalgħu. Qatt ma fhimthom eżatt għax ġraw snin qabel kont attiv fil-PL.

    Il-mexxej tal-PN ħareġ jgħid li din hi struttura idonea għall-bżonnijiet ta’ partit fiċ-ċirkostanzi tal-lum.

    Għal liema raġuni? Ideoloġika? Biex iżżomm lil kulħadd «happy»?

    Fil-fehma tiegħi, struttura b’żewġ deputati mexxejja qed titgħabba b’deputat mexxej żejjed. Toħloq problemi aktar milli ssolvi.

    MINN DISKA GĦAL MP3

    Attività li tgħallimt nagħmel hi li permezz tal-programm Audacity (li tniżżlu b’xejn mill-internet),, naqleb diski qodma, LPs u oħrajn, għal MP3s li jindaqqu fuq kompjuters u DVD players. Naf li ħafna mill-mużika tista’ tniżżilha direttament mill-internet, lesta maqluba f’MP3s. Imma hemm gost speċjali f’li taqlibha int stess.

    Mingħand ħbieb, nissellef kollezzjonijiet qodma tal-LPs tagħhom, naqlibhom għal MP3s, u nagħtihom kollox lura bil-patt li nista’ nżomm kopja diġitali. Ninsab fl-istadju fejn qed nispiċċa eżerċizzju bħal dan fuq kollezzjoni ta’ LPs li tmur lura għas-snin sittin sebgħin tas-seklu l-ieħor.

    L-interessanti hu dan: mill-ġabra ta’ diski li tgħaddilek persuna, tkun tista’ tibni «profil» tax-xejriet mużikali tiegħu jew tagħha.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0