Mal-Ewropa, il-qgħad fost iż-żgħażagħ baqa’ jikkarga. F’Malta ngħidu li l-qgħad tagħna mhux qawwi daqs ta’ ħaddieħor. Biss, iż-żgħażagħ Maltin huma fost l-aktar nies qgħeda.
Bħalissa bejn il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għaddejjin battibekki dwar kif se jiġu finanzjati proġetti li ġew deċiżi ftit taż-żmien ilu biex iqanqlu x-xogħol fost żgħażagħ qgħeda. Mill-Parlament qed jakkużaw lill-gvernijiet li mhumiex jattwaw id-deċiżjonijiet li ħadu.
X’aktarx li ċ-ċifri tal-qgħad li naqraw dwarhom mhumiex jgħidu l-istorja kollha. Miljuni ta’ żgħażagħ, għalkemm bix-xogħol, jaħdmu anqas mill-potenzjal tagħhom f’ħin u f’ħiliet li jipposedu. Ħafna oħrajn qed jiġu esplojtati.
Problema oħra, naraha jien, hi li fil-qafas ta’ tmexxija ekonomika neo-liberali, fejn kollox jew kważi twaddab taħt il-kappa tas-“suq ħieles”, ftit jeżistu mezzi li bihom gvernijiet jistgħu jaffettwaw b’mod pożittiv lid-dinja tax-xogħol.
ANDREOTTI
Giulio Andreotti jidher illum bħala figura tal-passat. Jirrapreżenta żmien fejn il-pern tat-tmexxija politika Taljana kien f’idejn id-Democrazia Cristiana, bil-poter tagħha ankrat mal-Knisja Kattolika. Għal deċennji sħaħ, id-DC sostniet l-eġemonija tagħha.
Andreotti, intelliġenti u abbli, kien prodott ta’ dik is-sistema. Biss, fil-fatt id-DC kienet koalizjoni ta’ diversi tendenzi tal-lemin. Il-mudell ta’ tmexxija kien korporatista, imfassal fil-magħluq skont kompromessi bejn traffikanti tal-poter. Andreotti kien wieħed mill-aqwa traffikanti fis-sistema. Intqal dwaru li kien lest jittraffika ma’ kull min kellu xi forma ta’ poter – akkuża li wasslet biex anki quddiem l-opinjoni pubblika Taljana u internazzjonali, ismu jiċċappas ma’ dak tal-Mafja.
Il-bidliet soċjali qawwija li għaddiet minnhom l-Italja kissru malajr il-bażi li fuqha nies bħal Andreotti serrħu l-poter tagħhom: sfrundat minn ġewwa. U żbroffa l-iskandlu dwar it-tanġenti.
Madankollu, nissuspetta li l-aktar żvilupp sinjifikattiv f’dan il-proċess seħħ aktar qabel: meta intilef ir-referendum dwar id-divorzju... (F’Malta kellna eku ta’ dan l-effett sentejn ilu!),
DWEJJAQ
Daqs kemm jistgħu jkunu ta’ għajnuna, is-sistemi tal-kompjuters jistgħu jagħtuk uġigħ ta’ ras. Tassew hi ta’ għajnuna sistema fejn tista’ tpoġġi eluf ta’ dokumenti u materjal ieħor (mużikali, viżiv...), fuq “external drive” li tippermettilek taħżen informazzjoni li tkun qed tiġbor matul snin sħaħ.
Imma tindanna meta f’daqqa waħda dik il-kaxxa tieqaf taħdem u fuq l-iskrin tal-kompjuter li jikkontrollaha u li tinsab marbuta miegħu, donnha tisparixxi għal kollox. L-imgħallmin igħidulek: żomm kopja, “back-up”, ta’ kull ma tirreġistra – u għandhom raġun. Imma mhux dejjem jirnexxilek jew tiftakar tagħmel hekk.
Imbagħad f’daqqa waħda l-“external drive” bid-data ta’ snin twal togħsfor. Ninsab quddiem kriżi hekk bħalissa u mhux ħlief ninkazza!
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.
anonimu
Mej 09, 2013Issettja l-komputer halli jitolbok back-up kulljum. B'hekk is-sistema stess tfakkrek.
Irrispondianonimu
Mej 09, 2013L-uniku soluzzjoni ghal problemi bhal din hija aktar minn backup wahda. Jien nuza tlieta fuq sistemi differenti indipendenti minn xulxin fuq hard disks u anke wkoll fuq DVD.
Irrispondianonimu
Mej 09, 2013Nahseb l-ahjar back hu remote backup fuq xi zewg sites differenti
Irrispondianonimu
Mej 11, 2013Id-data tista' tirkupraha – jeżistu programmi li jagħmlu dan, u jeżistu nies li kapaċi jirkuprawlek id-data.
Irrispondi