Miżinformazzjoni fl-ekonomija

  • Lul 26, 2012 14:40
  • Miktub minn

    Ħafna nies belgħu l-propaganda tal-gvern dwar l-ekonomija. Hemm min jaf xinhu għaddej u jippreferi għar-raġunijiet tiegħu jdoqq l-istess diska ta’ gonzi-pn dwar kif dan żamm l-ekonomija fil-wiċċ u ħoloq ma nafx kemm-il elf impjieg. Id-diska baqgħet tindaqq anke meta l-istatistika uffiċjali bdiet turi li l-pajjiż daħal f’riċessjoni. Allajbierek, bdew igħidulna kif ma tridx temmen l-istatistika f’kollox.

    Min jilgħab il-logħba tal-miżinformazzjoni dwar l-ekonomija qed juri irresponsabbiltà kbira. L-iżvilupp tas-servizzi finanzjarji u tal-imħatri bl-internet qed jaħbi l-effett ta’ xinhu jiġri tabilħaqq. Huma setturi importanti u għandna b’kawtela nkomplu niżviluppawhom. Imma jekk tneħħi lilhom, li ma tantx jifirxu benefiċċji fost is-saffi differenti tal-poplu, insibu li l-magna produttiva tal-pajjiż kompliet tmajna. Dan ma kellu x’jaqsam xejn mal-kriżi Ewropea jew dinjija. Hi riżultat tal-fatt li r-ristrutturar ekonomiku li kellu jitwettaq baqa’ fil-wiċċ, ma daħalx fl-għeruq. L-investiment privat u pubbliku mwiegħed baqa’ ma deherx.

    Hi perikoluża l-kompjaċenza ta’ soċjetà li ma tafx bil-qagħda reali li fiha qed tgħix.

    ***

    Sally Ride

    Valentina Terexkova, l-ewwel mara Sovjetika fl-ispazju u Sally Ride l-ewwel mara Amerikana li għamlet l-istess, taw xhieda tal-ambizzjoni li kellha l-umanità sa ftit taż-żmien ilu biex tiftaħ fruntieri ġodda ta’ esperjenza u għajxien barra minn din id-dinja. Sa mis-snin sittin u qabel, huma u sħabhom l-astronawti, minn żmien l-iSputnik u l-programm Apollo irnexxielhom iqajmu entużjażmu liema bħalu fost il-popli tad-dinja. Emminna li daqt se nikxfu dinjiet ġodda bħalma għamlu l-Ewropej wara li waslu l-Amerika. Ma kellux ikun – l-avventura tal-ispajzu spiċċat illum sfida ta’ inġinerija teknika u baġitarja. Jew l-umanità qatgħet nifisha mill-isfida tal-ispazju jew il-prioritajiet inbidlu (...għax intemmet il-“Gwerra Bierda”?),

    Sally Ride mietet dil-ġimgħa b’kanċer tal-frixa li affaċċjat bl-istess kuraġġ li bih daħlet għall-isfida tal-ispazju

    ***

    Il-medja stampata

    Kullimkien, minħabba l-internet, il-medja stampata qed taqla’ daqqa. Imma ftit jidher li min imexxi dan il-mezz ta’ kumnikazzjoni qed jilqagħlha tajjeb. Mhux jassigura li l-prodott ikun fil-ħin fil-post fejn jinxtara. F’Malta per eżempju, fil-każ tal-medja barranija qed jiġri bil-maqlub. Ġurnal bħall-“Observer” m’għadux jasal. Ħafna magazines kontinentali jaslu hawn ġimgħa tard, jekk mhux aktar. Oħrajn li kien ikollhom jum ta’ dewmien, issa qed jieħdu jum jew tnejn aktar. Veru li llum ġurnali barranin qed jiġu stampati dakinhar stess f’Malta... imma mingħajr il-magazines tagħhom u ġieli ssibhom b’sezzjonijiet sħaħ nieqsa. Veru li s-suq Malti hu limitat. Biss xi ħaġa tgħidli li mhux hawn biss qed jiġri hekk.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0