IT-TAJBA U L-KOMPETENTI

  • Mej 05, 2013 17:44
  • Miktub minn

    Għaddejja kampanja biex idddaħħal fl-imħuħ li donnu l-Laburisti m’għandhomx fosthom nies ta’ talent, kompetenza u ħila. Din qed titgerbeb f’kampanja oħra li tattakka lill-gvern il-ġdid għall-ħatriet li għamel. Qisu wettaq ħatriet li huma misjuqa biss mill-partiġjaniżmu. X’ipokrezija!

    Ma nistax naħseb f’ħatra waħda li saret – li temmen x’temmen dwar min inħatar – mhix ta’ xi ħadd kompetenti. B’differenza f’li kien isir qabel minn gonzi-pn, fejn numru ta’ ħatriet kienu ta’ nies li l-unika kwalifika tagħhom kienet is-sħubija tagħhom fil-klan tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien.

    Iqanqlu l-argument li matul il-kampanja elettorali, tal-PL ħarġu bil-għajta ta’ Malta tagħna lkoll. U li issa qed jappuntjaw ħafna nies ta’ simpatiji Laburisti. Tajba din: għal snin twal, fid-dar tagħna l-Maltin ilkoll, kienu jmexxu ċerti nies, u l-oħrajn inżammu barra; issa, biex id-dar li titmexxa tkun tagħna lkoll, l-ewwel irid jiġri li dawk li tħallew barra, jiddaħħlu lkoll ġewwa. U hekk qed jiġri.

    ĠERMANJA VS. FRANZA?
    Il-midja internazzjonali mhux ħlief tirraporta dwar kif ixxaqqaq l-“axis” Berlin-Pariġi.
    Il-kanċellier Merkel baqgħet tinsisti li titħaddem politika soda ħalli titrażżan in-nefqa pubblika – politika msejħa tal-“awsterità”. Biha l-ekonomiji baqgħu jistaġnaw u l-impjiegi jonqsu.
    U l-President Franċiż Hollande baqa’ jinsisti, bla wisq suċċess, li l-ekonomiji jingħataw in-nifs biex ikunu jistgħu jikbru u joħolqu x-xogħol. Hollande qed jaffaċċja problemi kbar fit-tmexxija ekonomika. Ftit għandu saħħa biex iżomm sod kontra l-esiġenzi ta’ Merkel.
    Il-President ta’ qablu, Sarkozy, kellu l-istess problema. Solviha billi għamel kif riedet Merkel. Lagħabha li d-deċiżjonijiet “tagħha” kienu “tiegħu” ukoll. Ma jidhirx li Hollande jixtieq jew jista’ jilgħab l-istess logħba.
    Talanqas, dan kif il-midja internazzjonali qed tirrapporta l-“firda” bejn il-Ġermanja u Franza...
    BLACK SORROWS
    Xi kultant issir taf bl-eżistenza ta’ attivisti politiċi importanti... ta’ artisti u kittieba... ta’ politikanti... negozjanti u imprendituri... ta’ reliġjużi u qaddisin... snin twal wara li jkunu kisbu l-fama tagħhom jew wara mewthom. Imbagħad tgħid: imma kif dawn qatt ma smajt bihom?
    Ġrali hekk din il-ġimgħa jien u nirrekordja minn LP li sellfuni, doppju u qadim, maħruġ fl-1980, jismu “Harley and Rose”, tal-grupp The Black Sorrows.
    Band pop. Mill-Awstralja.
    Għedt lili nnifsi: kif ma nistax niftakar li qatt indunajt jew qaluli bih qabel? Protagonist bħala kompożitur u kantant jissemma’ Joe Camilleri. Għoġbitni ħafna l-mużika. U issa saret priorità li nsir naf aktar dwar dawn tal-Black Sorrows. Forsi qed inħabbat fuq bieb miftuħ...
    www.alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Mej 06, 2013

    Fl-imghoddi kien hawn grupp malti bl-isem ta' Black Sorrows. Kienu mmexxijin minn Willie Saliba minn Haz-Zabbar. Kellhom diska vinyl strumentali (jidhirli fis-snin sebghin),, kien jisjmha Blue Grotto

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mej 06, 2013

    Ibqghu gibu artikli ta' dan il-bniedem kolt u li l-abjad jghidlu abjad. Dejjem hadt gost naqra l-hsiebijiet politici tieghu.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mej 06, 2013

    Artiklu interessanti bhal dejjem.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mej 07, 2013

    Il grupp the Black Sorrows kien poppolari fis 70 kienu regolari kull nhar ta erba at the Dragonara BB Q.Joe Camilleri and the Black Sorrows popolari hafna hawn l Australia.

    Irrispondi