TKABBIR EKONOMIKU

  • Mej 02, 2013 17:31
  • Miktub minn

    Ilu jintqal ħafna dwar kif iż-żona ewro jeħtiġilha żżid ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku tagħha biex jirnexxilha toħroġ darba għal dejjem mill-kriżi li ilha fiha. Baqa’ għaddej id-dibattitu dwar jekk mal-awsterità, għandhiex titħaddem politika li tistimula t-tkabbir ekonomiku. Jidher li bil-mod il-mod, qed tingħata aktar importanza lit-tkabbir ekonomiku, talanqas fuq il-karta u bil-kliem. Madankollu, fir-realtà s-sitwazzjoni għadha kerha. Ftit jidhru sinjali li l-ekonomiji tal-pajjiżi l-kbar tal-ewro se jirrankaw dalwaqt.

    Lil hinn minn kull tbassir li jista’ jsir, l-importanti hu li b’mod konkret illum qabel għada, l-affarijiet jiċċaqalqu biex l-impjiegi eżistenti jissaħħu u jinħolqu impjiegi ġodda.

    Il-problema hi li meta tħares lejn il-konkret, ftit issib miżuri konvinċenti dwar kif se jintlaħqu dawn il-miri.

    Ħafna minn dawk li qed josservaw l-iżviluppi, biex ma ngħidx kulħadd, qed jaslu għal din il-konklużjoni – ħaġa li tkompli tmewwet il-prospetti. Mhux ta’ b’xejn li l-partiti tal-lemin estrem qed jerġgħu jgħollu rashom.

    SEMINAR

    Il-konklużjonijiet li ħarġu mis-seminar organizzat dil-ġimgħa mill-Fondazzjoni Reggie Miller dwar il-qagħda tan-nisa f’Malta jixirqilhom kull attenzjoni. Waqt li l-fertilità fil-pajjiż baqgħet tinżel, dan mhux spjegat bil-punt li wisq nisa Maltin qed joħorġu jaħdmu. Għadna b’waħda mill-aktar rati baxxi tas-sehem tan-nisa fid-dinja tax-xogħol. Sadattant, il-maġġoranza assoluta tal-istudenti fl-Università huma nisa. Imma l-proporzjon ta’ nisa mlaħħqa f’postijiet ta’ responsabbiltà għadu baxx ħafna.

    Donna ninsabu maqbudin f’ċirku vizzjuż fejn wisq nisa mhux qed ikollhom aċċess għall-opportunitajiet għall-avvanz li jipprovdi l-pajjiż. Waqt li l-pajjiż mhux igawdi biżżejjed mill-vantaġġi tal-kontribut li jistgħu jagħtu n-nisa.

    Jien nibqa’ nemmen fl-importanza tal-kwoti temporanji favur sehem akbar tan-nisa. Interessanti l-kontroversja kbira politika li qamet fil-Ġermanja ġimagħtejn ilu dwar dan is-suġġett.

    Il-ministru von der Leyen taqbel mal-kwoti favur in-nisa b’kuntrast mal-kanċellier Merkel, li ma taqbilx. L-Oppożizzjoni soċjalista ressqet mozzjoni favurhom fil-Parlament. Il-kompromess li ntlaħaq bejn il-kanċellier u l-ministru tagħha effettivament ippospona deċiżjoni aħħarija.

    SUQ

    Kien ili ftit ma nżur is-suq li jitlaq minn tarf il-Birgu u jasal sal-bidu ta’ Ħaż-Żabbar. Għadu kbir daqs kemm niftakru: anzi kiber. U għadu mżewwaq b’għażla liema bħalha ta’ oġġetti għall-bejgħ ta’ kull tip u sura. Il-maġġoranza ta’ dak li rajt deherli li kien ta’ kwalità tajba ħafna, għalkemm m’inix kompetenti biex ngħid kif il-kwalità titqabbel mal-prezzijiet. Żgur rajt ħafna nies sodisfatti u kuntenti b’dak li sabu għall-bejgħ.

    Forsi m’hemmx żmien aħjar minn għodwa tar-rebbiegħa biex iżżur suq kbir bħal dan. Tara kollox imdawwal, nadif u jlellex.

    Rajt anki numru sabiħ ta’ turisti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Mej 05, 2013

    haga dwar is-suq li kien u baqa post ta' tax evasion kemm VAT u kemm dikjarar ta taxxa.

    Irrispondi