META JINBIDLU N-NIES

  • Apr 25, 2013 11:48
  • Miktub minn

    Ma jagħmilx sens il-kjass li pprovaw joħolqu tal-Partit Nazzjonalista dwar il-ħatriet li qed jagħmel il-gvern ġdid. Bħallikieku mhux kull gvern jara kif l-aħjar ipoġġi nies tal-fiduċja tiegħu f’karigi importanti għat-tmexxija tal-pajjiż.

    Mill-1987 ’il quddiem, tal-PN fil-gvern ħlief hekk ma għamlux. Dak iż-żmien u wara, Dr Fenech Adami kien jiġġustifika l-fatt li ħlief Nazzjonalisti ma appuntax billi jgħid li n-nies maħtura kienu kapaċi. Illum l-istess ħaġa tista’ tintqal għan-nomini li qed isiru mill-gvern.

    In-Nazzjonalisti kienu jippriedkaw id-dutrina li gvern irid ikollu persuni ta’ fiduċja biex imexxu. Appuntu għalhekk, daħħlu l-kunċett ta’ kuntratti ta’ tliet snin għall-ogħla karigi fil-ministeri. F’inħawi oħra, qabdu u daħħlu nies tal-qalba tagħhom biex imexxu: bħal ma ġara fit-tmexxija eżekuttiva tax-xandir nazzjonali fejn spiċċa jmexxi l-bniedem li kien inkarigat mill-kampanja elettorali ta’ gonzi-pn fl-2008.

    Issa għax il-gvern ġdid qed japplika l-istess dutrina tagħhom, tal-PN qed jipproklamaw skandlu.

    M’hemmx kelma oħra għal din it-tattika: hi ipokrita.

    CAHUZAC

    L-effetti tal-iskandlu kkawżat fi Franza mill-eks ministru Cahuzac baqgħu jinħassu sew. Impoġġi fil-ministeru tal-finanzi biex irażżan l-evażjoni tat-taxxa, Cahuzac ġie ffaċċjat b’akkużi li hu nnifsu żamm kont bankarju sigriet fl-Isvizzera. Innega quddiem kulħadd għal darba tnejn. Imbagħad instab li gideb.

    L-istess fi Spanja: għadhom qawwija l-effetti ta’ żewġ skandli mill-kbar. Il-Prim Ministru Rahoy ġie implikat flimkien ma’ mexxejja oħrajn tal-Partit, fi proċess li bih matul is-snin, personalment kien jirċievi flus kbar minn taħt biex jużahom kif jidhirlu għal skopijiet politiċi, jew forsi oħrajn ukoll. Sadattant, it-tifla tar-Re Juan Carlos u r-raġel jinsabu taħt suspett qawwi li użaw għaqda tal-karità biex idaħħlu l-flus fil-but bla ma jħallsu taxxi.

    Fi żmien fejn daqstant familji taż-żona ewro qed ikollhom iġorru piżijiet dejjem akbar, skandli bħal dawn bilfors jipprovokaw kriżi politika.

    KAŻINI TAL-BANED

    Waqt żjarat dan l-aħħar fil-każini tal-banda taż-Żejtun – l-Għaqda Banda Żejtun u l-Beland – erġajt immeraviljajt ruħi b’kemm isir xogħol siewi, kbir u dedikat mill-baned tagħna.

    Kienet ħaġa xierqa li biex jimmarkaw il-ħidma tagħhom, bħal każini oħra, l-Għaqda Banda Żejtun u l-Għaqda Mużikali Beland ħarġu ktieb bl-istorja tal-kisbiet tagħhom: rispettivament “Miż-Żejtun” ta’ Francis Galea u “150 Sena ta’ Storja” ta’ dun Joe Abela.

    Dnub li t-tariffi li l-baned ikollhom iħallsu għall-elettriku u l-ilma li jikkonsmaw qed joħonquhom. Id-dħul tagħhom naqas għal diversi raġunijiet waqt li l-ispiża fuq dawl u ilma splodiet ’il fuq. Ma nistgħux inħallu dawn iċ-ċentri ta’ volontarjat jogħtru. Jistħoqqilhom kull għajnuna.

    www.alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0