Turisti

  • Apr 22, 2013 13:30
  • Miktub minn

    Smajt aħbarijiet tajba dwar turisti fix-xhur li ġejjin. Se jibqgħu jiżdiedu. Il-wasla ta’ gvern ġdid għenet sew. Gvernijiet Laburisti dejjem taw appoġġ kbir lit-turiżmu, bil-fatti. Biex ngħidu kollox, Mario Demarco fi żmien gonzi-pn kien wieħed mill-ftit ministri Nazzjonalisti li stinkaw biex isostnu s-settur tat-turiżmu.

    Hi ħaġa naturali li l-isforzi se jibqgħu jiżdiedu biex mit-turiżmu nerġgħu nagħmlu qasam ewlieni tal-ħidma ekonomika. Minnu, jistgħu jgħixu tajjeb saffi sħaħ u differenti tas-soċjetà. In-nefqa li jagħmlu t-turisti fostna, tidħol minnufih fil-vini tal-ekonomija. Tkabbar il-fiduċja, tagħti rankatura lis- self employedu żżid il-flus fl-idejn. X’hemm aħjar?

    Waqt li t-turiżmu jirranka l-ekonomija, ikun qiegħed ukoll jagħti n-nifs sakemm il-gvern iħejji inizjattivi ġodda ta’ tkabbir ekonomiku.

    BLA MANIĠĠI

    Skont l-eks ministru tal-finanzi Tonio Fenech, Malta setgħet tinqeda bil-proċedura statistika tal-Eurostat, biex tnaqqas fuq il-karta d-defiċit tal-gvern li qed jidher għas-sena 2012. F’persentaġġ tal-ekonomija dan jaqbeż sew it-3 fil-mija. U allura jirrokka mar-regoli fiż-żona ewro li ma jippermettux li pajjiż membru jaqbeż din l-għatba.

    Skont Fenech, il-gvern messu biddel id-data li fihom jiddaħħlu xi ċifri ta’ dħul u ħruġ, ħalli jidher b’hekk li għas-sena 2012, id-defiċit pubbliku baqa’ taħt it-3 fil-mija.

    Niftakar meta kont għadni membru tal-kumitat tal-kontijiet pubbliċi fil-Parlament, kienu spjegawlna kif il-gvern taparsi qed jikkalkola d-dħul u ħruġ tiegħu fuq sistema ta’ accruals, billi jbagħbas biċ-ċifri tal-ewwel xahrejn tas-sena ta’ wara. Bqajt insostni li dak li kien qed isir ma kienx aħjar minn logħba.

    Għamel tajjeb il-ministru tal-finanzi Edward Scicluna li stqarr li ma jaqbel xejn ma’ maniġġi bħal dawn. La huma serji u lanqas kredibbli.

    THATCHER

    Għaddew l-agħha u ċ-ċerimonjali. Issa, wieħed jista’ jikkummenta bil-kalma dwar Mrs Thatcher.

    Kont Londra ġimgħa u nofs ilu. It-tħejjijiet għall-funeral tagħha kienu fl-aqwa tagħhom. Ftit deher sinjal ta’ dan.

    Ħaġa li tinftiehem. L-aqwa rebħa ta’ Thatcher ma kinitx fid-dehra ta’ barra imma fil-ħsieb ta’ ġewwa. Bħal Reagan, bħal-lemin tal-aħħar tletin sena, inkluż f’Malta, hi bidlet il-mentalità tan-nies.

    Spiċċajna nfaħħru, naddottaw, nakkomodaw ideoloġija ta’ tmexxija suppost superjuri ghall-ideoloġija soċjalista. Biss, din la wettqet il-wegħdi tagħha dwar libertà, u lanqas irnexxielha tkattar il-ħolqien tal-ġid permezz tal-mutur tal-inizjattiva privata “ħielsa”. Imqabbla ma’ tletin sena ilu jew ftit aktar, Londra tal-lum hi najxa najxa. Thatcher rikkbet ideoloġija li forsi kienet tgħodd tliet mitt sena ilu fuq id-dinja tal-lum.

    Kulħadd qalilha brava. Ħlief Glenda Jackson li qalet kif l-ideoloġija ta’ Thatcher telqet minn prinċipju wieħed: ir-regħba. Jackson kellha raġun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook