QADDISI

  • Apr 18, 2013 10:58
  • Miktub minn

    Wara li l-Prim Ministru għamel stqarrija fil-Parlament dwar l-aħħar Kunsill Ewropew, skandalizzajt ruħi bil-mistoqsijiet li għamillu d-deputat kap tal-PN fl-Oppożizzjoni. Ma ridtx tkun stuż biex tifhem li kif tpoġġa d-diskors, setgħu jqumu dubji fost depożitanti Maltin dwar is-sigurtà tal-flus tagħhom f’banek Maltin. Dan għax mid-diskors, setgħu jifhmu li kif ġara f’Ċipru, mil-lum għal għada, huma kienu daħlu għas-sogru mhux mistenni li jitilfu xi parti milli kellhom fil-banek Maltin. U l-gvern il-ġdid – b’kuntrast ma’ tal-Lussemburgu – ma għamel xejn biex jipproteġihom!

    Tal-Partit Nazzjonalista – la m’għadhomx jiftaħru li huma gonzi-pn – dejjem speċjalizzaw f’dat-tip ta’ diskors, fejn in-nies tiġi mħawda u mbeżżgħa. U kollox jinstarr fi kliem ta’ qdusija dwar kemm lesti jibqgħu leali lejn l-aħjar interess tan-nazzjon.

    Jien wieħed minnn dawk li urejt tħassib dwar il-futur tas-servizzi bankarji u finanzjarji f’pajjiżna. Imma dan bl-ebda mod ma għandu x’jaqsam ma’ xi biża’ fittizju dwar il-futur tad-depożiti magħmula mill-Maltin fil-banek ta’ pajjiżhom.

    BOSTON

    Għext għal żmien f’Boston. Għalhekk, ħassejtha bħala daqqa personali l-aħbar tal-attakk xellerat li sar fi tmiem il-maratona tradizzjonali miżmuma f’dik il-belt ġeneruża. L-attakk seħħ ftit kantunieri bogħod minn fejn kont ngħix snin ilu.

    L-inħawi nbidlu bil-kbir minn dak iż-żmien. Xorta baqgħu żona fejn għadek tħoss l-influwenzi Ewropej li qed jinbidlu f’ritmi Amerikani ta’ ħajja u ħsieb.

    L-attakk kodard – jew aħjar, miġnun – ħarbat ta’ xejn b’xejn il-ħajja ta’ mijiet ta’ familji, biex ma ngħidx eluf. Żgur kienu qed jistennew b’ħerqa, kif jagħmlu miljuni ta’ familji li jgħixu mal-kosta tal-lvant ta’ l-Istati Uniti – li r-rebbiegħa tasal fl-aqwa tagħha.

    Ftit hemm imkejjen oħra fejn l-aqwa tar-rebbiegħa jaf isir isbaħ milli jkun hemm.

    Il-qerda ta’ ħajjiet innoċenti fi żmien bħal dak jattakka, imma ma jistax iħassar, it-tifkiriet sbieħ li għandhom ta’ Boston dawk kollha li għexu u jgħixu fiha.

    COLIN DAVIS

    Fid-direzzjoni tax-xogħlijiet ta’ Mozart u Berlioz, Colin Davis kien jispikka – jibbrilla. Irreġistra l-opri ta’ Hector Berlioz: tismagħhom kemm tismagħhom, l-interpretazzjonijiet tiegħu jibqgħu jaqilgħu punti ġodda ta’ apprezzament u gost. Mozart kellu ħafna interpreti kbar tal-mużika orkestrali tiegħu: ħaġa naturali; Berlioz mhux daqstant. Forsi għalhekk ukoll li Colin Davis ibbrilla.

    Il-verżjoni tiegħu tal-opra “Benvenuto Cellini” ta’ Berlioz tibqa’ monumentali.

    Miet f’nofs it-tmeninijiet tiegħu, kważi tal-istess età ta’ Margaret Thatcher u fl-istess ġimgħa magħha. Mewtu qanqlitni. Tagħha ħallietni biered. (Xorta se nikkummenta fuqha meta tbatti l-ħamba dwar il-“wirt” tagħha.),

    Dwar Davis ma hemm l-ebda ambigwita. It-telfa tiegħu ħalliet biss sogħba warajha.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Apr 19, 2013

    Nie

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 20, 2013

    Il PL jaf parti mis success prezenti lil Dr A Sant.Dr Sant huwa bniedem intelligenti u fuq kollox onest u issa hareg bic car li dak kollu li kien jipprogetta il PN fuqu kien kollu ngann u gideb sfaccat.

    Irrispondi