BDEW JIFHMU'

  • Apr 15, 2013 09:05
  • Miktub minn

    Diġà semmejt hawn xinhi l-problema li qed jaffaċċja s-settur finanzjarju f’pajjiżna. Mhix li hu jew mhuwiex irregolat tajjeb. Nemmen li hu regolat tajjeb u li m’għamilx dnubiet li jgħidu għamlu ċ-Ċiprijotti meta stiednu lir-“Russi” jiġu jpoġġu flushom hemm (bħallikieku r-Russi biss jaħslu l-flus li jaqilgħu biex ma jħallsux taxxi),; jew meta l-banek Ċiprijotti investew fil-banek Griegi li spiċċaw bla mezz kif jirrifondu d-djun li ddejnu.

    Il-problema vera hi li pajjiżi ewlenin fl-Ewropa daru bil-kbir kontra pajjiżi b’ħidma kbira fis-servizzi finanzjarji. Jarawhom bħala kanali li minnhom is-sinjuri jevitaw li jħallsu t-taxxi li suppost iħallsu. Qed tiżdied il-pressjoni biex iċ-“ċentri” finanzjarji… bħal Malta jew il-Lussemburgu... jaqilgħu taptipa.

    Fostna, kien hemm min għamel tabirruħu li mhux dik kienet il-problema. Malta kienet “serja” u ħadd ma seta’ jakkużaha b’xi ħaġa. Jekk qed nifhem tajjeb ċerti sinjali, fl-aħħar… kif jgħidu bl-Ingliż, “the penny has dropped”. Jidher li uħud “fostna” bdew jifhmu.

    Mal-ewwel ċans li jinqala’, is-settur finanzjarju Malti se jkun fil-mira bħal ta’ Ċipru u tal-Lussemburgu.

    L-INVESTIMENT

    Għadni fost dawk li jemmnu li l-akbar sfida quddiem pajjiżna hi l-investiment ġdid, pubbliku u privat. Ilna snin twal ninvestu anqas proporzjonalment milli konna nagħmlu fl-«imgħoddi». Kemm ilna membri tal-Unjoni Ewropea, l-investiment baqa’ jonqos, u reġa’ naqas aktar kemm ilna fiż-żona ewro. Fuq l-aħħar punt, jintqal li dan ġara għax fl-istess żmien kellna r-riċessjoni internazzjonali qawwija li bdiet lejn is-sena 2007. Forsi iva u forsi le. M’inix konvint.

    Tibqa’ l-mistoqsija dwar kif se nżidu l-investiment. Mingħajru, kull pjan għal titjib fl-iżvilupp ekonomiku jaqa’ żorba.

    Kien pass innovattiv dak li qed jieħu l-gvern ġdid filli joħroġ talba għal proposti mill-privat fuq investimenti li identifika u għal proġetti ġodda oħra ħalli wieħed jimxi dwarhom. Jekk dan joħloq fiduċja ġdida fost l-investituri, jiswa ħafna għall-quddiem.

    RUMANZ

    Meta tispiċċa tikteb rumanz, kif għadni kemm għamilt, tħossok qed teħles minn tensjoni mhux żgħira. Sal-aħħar, tibqa’ ffaċċjat bil-problema li l-isfida tal-kitba ma lqajthiex. Jew li dak li qed tikteb jista’ jitqies minnek stess bħala fallimentarju.

    Ir-rumanz jismu “George Bush f’Malta”. Aktar inqisu divertiment minn “rumanz”. Matulu George Bush Jn jasal Malta u jqajjem pandemonju. Fl-istess żmien – għax kif jgħidu, x-xitan m’għandux ħalib – fil-Marsa jseħħ ieħor mill-imblokki kbar tat-traffiku.

    Mhux ta’ b’xejn li ħassejtni inċert sal-aħħar dwar kif l-istorja li kont qed nikteb sejra tintemm. Biex inkun onest, lanqas nista’ ngħid li ntemmet b’wiċċ il-ġid.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  

Facebook