Proċedura fil-Parlament

  • Apr 11, 2013 10:15
  • Miktub minn

    Se tkun ħaġa interessanti naraw kif il-gvern ġdid se jirregola t-tmexxija tal-Parlament f’din il-leġislatura. Dan isir is-soltu permezz ta’ dik li tissejjaħ mozzjoni ta’ proċedura. Titressaq mill-gvern tal-ġurnata. Fiha, jissettja r-regoli li taħthom isiru d-dibattiti fuq mozzjonijiet u liġijiet, qabel imbagħad jittieħdu l-voti. Aktar ma għaddew leġislaturi, aktar ir-regoli saru strinġenti biex jevitaw li gvern jispiċċa jiffaċċja xi sorpriża, b’vot li għalih ma jkollux biżżejjed deputati fil-Kamra, jew inkella li jkollu jżomm id-deputati tiegħu fuq l-alert il-ħin kollu ħalli ma jinqabdux f’minoranza b’vot mhux mistenni.

    L-aktar mozzjoni ta’ proċedura iebsa li ddaħħlet sa issa kienet fl-aħħar leġislatura. Din irreduċiet il-Parlament għal mhux aħjar minn “assembly hall” fi skola primarja.

    La tkun daħlet id-drawwa ta’ strinġenza f’dawn l-affarijiet, diffiċli tneħħiha.

    Il-gvern il-ġdid għandu numru ta’ deputati sew aktar mill-Oppożizzjoni. Imma daqs ta’ qablu, se jkollu l-ħin kollu jibgħat ministri, segretarji parlamentari u deputati lejn Brussel biex jieħdu sehem f’laqgħat fejn ikunu qed jittieħdu d-deciżjonijiet li veru jorbtuna.

    Il-Parlament Malti, suppost sovran skont il-kostituzzjoni tal-Indipendenza, ikollu jistenna l-wasla lura tagħhom qabel jivvota.

    Il-Qorti Portugiża

    Il-qorti kostituzzjonali Portugiża qatgħetha li ċerti miżuri meħuda fil-qafas tal-“bailout” tal-Portugall – bħat-tnaqqis fid-drittijiet tal-ħaddiema mal-gvern ta’ pensjoni u paga – imorru kontra l-Kostituzzjoni tal-pajjiż. Qajmet rebus.

    Il-Portugall wettaq il-kondizzjonijiet kollha li poġġew fuqu l-mexxejja taż-żona ewro biex jagħtuh l-għajnuna tagħhom, dejjem b’self. Xorta mhux qed ikampa. Kellu jżid il-piżijiet soċjali fuq il-poplu.

    Issa l-qorti kostituzzjonali, fuq talba tal-President tal-pajjiż, qalet le.

    Il-kunsens bejn il-partiti fuq il-mod kif qed isir il-“bailout” m’għadux hemm.

    Il-kaldarun politiku fiż-żona tal-ewro reġa’ qed jisħon.

    40 sena ilu

    Hi ħaġa li bilkemm titwemmen li l-ewwel telefonata bil-mobajl saret “biss” erbgħin sena ilu. Saret b’apparat jiżen daqs xirja żgħira mil-Lidl (qed neżaġera),, li jaħdem b’batterija li kienet iddum ħajja ftit aktar minn 20 minuta. Minn dak iż-żmien lil hawn, il-piż tat-telefown sar qisu ta’ fula. Tista’ titkellem bih għal żgur aktar min sagħtejn bla tiċċarġjah. Tara fuqu dak kollu li tniżżel mill-internet. Tiġbed il-videos fuqu.

    Imma naħseb l-aqwa bidla ġejja mill-fatt li llum, biljuni ta’ nies qed jużaw il-mobajl. Mad-dinja kollha.

    F’pajjiżi li qed jiżviluppaw, kieku kellhom iwasslu t-telefown bil-cable fl-inħawi mbiegħda, kienet tiġihom spiża bla qies. Il-mobajl qed iwassal it-telefown f’dawn l-inħawi u jservi miljuni kbar ta’ nies b’anqas spiża. F’hekk li tikkonsisti r-rebħa tar-riċerka xjentifika u teknoloġika.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook