Patt Fiskali

  • Apr 07, 2013 17:32
  • Miktub minn

    Semmejtha ġimgħa ilu. Issa għandna konferma uffiċjali. Id-defiċit tal-gvern is-sena li għaddiet spiċċa wisq akbar milli stima l-Ministru tal-Finanzi f’Novembru. Dan għax id-dħul kien anqas u l-ħruġ kien aktar. Bil-konsegwenza li d-defiċit pubbliku bħala persentaġġ tal-ekonomija kif imkejla bil-Prodott Gross Domestiku, qabeż sew it-3 fil-mija.

    Ma nistagħġibx jekk issa se jqumu pressjonijiet minn Brussell biex il-gvern l-ġdid jara x’se jagħmel dwar dil-ħaġa, anki jekk mhux tort tiegħu li ġara dak li ġara. Fin-nofs jistgħu jidħlu miżuri li jkunu nforzati taħt il-patt fiskali, iffirmat mill-pajjiżi membri taż-żona ewro. Dan jobbliga lil pajjiżi li jkollhom defiċit “għoli” biex isegwu dixxiplina qawwija u stretta fil-mod kif irażżnu d-defiċit u jnaqqsu d-dejn nazzjonali.

    Malta għadha ma rratifikatx il-patt fiskali. Fl-aħħar leġislatura, ta’ gonzi-pn kienu ssuppervjaw u waqqfu d-diskussjoni dwaru. Kienu akkużawni li qed naħli wisq ħin tal-Parlament fuqha.

    Imma l-patt ġie ratifikat minn biżżejjed firmatarji biex hu issa in forza. Iddettat mill-Ġermanja, il-patt japplika qisu sidrija tal-azzar fuq il-ħelsien li suppost għandu kull gvern sovran fit-tmexxija tal-finanzi tiegħu.

    Fl-imgħoddi

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni Dottor Gonzi mhux qed ikun koerenti: argumenta li l-gvern il-ġdid messu nnomina bħala Spiker membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti, mhux persuna li mhix deputat. Dan għax in-naħa tal-gvern diġà tgawdi distakk kbir fin-numru ta’ siġġijiet parlamentari favuriha. Imma dan id-distakk jirrifletti eżatt bħala proporzjon, id-distakk ta’ voti popolari bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.

    Jien niftakar żmien fil-Parlament fejn in-naħa Nazzjonalista fil-gvern b’Dottor Gonzi fuq quddiem nett, kellha distakk ta’ ħames deputati fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni Laburista. Kieku applika l-prinċipju ta’ proporzjonalità, id-distakk kien ikun ta’ tliet deputati. Fiċ-ċirkostanzi, d-“diċenza” kellha twassal biex l-Ispiker jiġi appuntat minn fost id-deputati Nazzjonalisti eletti. Minflok, l-Ispiker ġie appuntat minn barra l-Parlament. U għax in-naħa Laburista pprotestat kontra dan, ma nafx x’ma għajruniex.

    Buqari

    F’dawn iż-żminijiet, il-fjur abjad qisu buqar, imsemmi b’dal-mod, ikun fl-aqwa tiegħu. Kont ixxurtjat li mill-ġnien sibt naqta’ diġà xi tużżana. Hu fjur sempliċi, sabiħ. Bqajt inqisu bħala parti mill-esperjenza tipika tal-għajxien f’Malta għall-bidu tar-rebbiegħa. Ikun moda fil-jiem tal-Ġimgħa l-Kbira, l-aktar biex iżejjen is-Sepulkru ta’ Ħamis ix-Xirka.

    Meta kont żgħir, is-Sepulkri kienu jintradmu taħt foresti sħaħ ta’ buqari miġbura mill-ġonna ta’ madwar. Smajt li l-fjur tal-buqari qed jonqsu f’pajjiżna. Daħlu xitel u basal ta’ ward ieħor li ħadulhom posthom. Fuq kollox, il-meded ta’ ġonna fejn il-buqari kienu jikbru “waħidhom” naqsu. Fuq il-ġonna, inbnew appartamenti u binjiet oħra. Il-buqari wkoll spiċċaw vittmi tal-iżvilupp.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0