Infieq moħbi

  • Apr 04, 2013 09:07
  • Miktub minn

    Mill-istqarrijiet li għamlu uħud mill-ministri l-ġodda jidher li qed jiskopru fid-dipartimenti li jaqgħu taħthom, għadd ta’ nefqiet “moħbija” – fis-sens li saru, għadhom ma tħallsux u għadhom ma dehrux fil-kontijiet tal-gvern. Ma niskantax b’din il-ħaġa.

    Veru li kull tmexxija amministrattiva tagħmel ċerti spejjeż kurrenti li jinġarru bla ma jidhru minnufih; speċi ta’ “float” kif ġieli jissejjaħ fit-tmexxija finanzjarja privata, kemm għal flejjes ħerġin u kemm għal dawk deħlin. Imma dan ma jistax ikun kbir “wisq” fi tmexxija serja. Ma ġarax hekk fl-aħħar snin taħt diversi gvernijiet Nazzjonalisti. Nefqiet rikorrenti u anki kapitali f’miljuni ta’ ewro kienu jinġarru ’l quddiem għas-sena ta’ wara b’mod li ma kienx trasparenti. Kompla jgħin f’din il-ħaġa l-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet governattivi barra mill-istruttura tal-baġit, li ħadu ħafna mill-funzjonijiet tad-dipartimenti.

    Kellna l-argument matul is-snin li bis-sistema ta’ “accruals” li jħaddem il-gvern, illum għandna stampa aħjar minn qabel tad-dħul u l-ħruġ pubbliku. Fil-fatt l-“accruals” li jissemmew (skont sistema addottata mill-aġenzija tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea Eurostat, mhux għal Malta biss), huma fażulli, fil-mod kif jitħejjew u kif jiġu kkalkolati.

    Il-każ Dalli

    L-informazzjoni li ħierġa qatra qatra dwar il-każ tal-eks Kummissarju Ewropew John Dalli hi inkwetanti. Dalli kien imġiegħel jirriżenja fuq akkużi li mplikawh f’attentat biex kumpanija tat-tabakk Żvediża tħallas il-miljuni tal-ewro ħalli direttiva Ewropea ġdida dwar it-tabakk taġevolaha.

    Jidher li f’ħafna fażijiet tal-investigazzjoni dwar il-biċċa l-affarijiet la tmexxew b’serjetà u forsi lanqas b’integrità. L-investigazzjoni kellha impatt enormi fuq il-karriera ta’ persuna li taqbel jew ma taqbilx politikament magħha, kellha kull dritt li l-proċeduri kontra tagħha jitmexxew bi trasparenza u b’kawtela. Ma jidhirx li dan ġara.

    Fuq kollox, lil hinn mill-passi ġudizjarji li setgħu jittieħdu, il-fatti dwar il-każ ma jistgħux jibqgħu moħbija, kif ġara sal-lum. Inkella l-proċedura ma tiġix wisq aħjar mis-sistema li kellhom fi Franza fi żmien il-monarkija assoluta, fejn id-deċiżjonijiet biex jitwarrbu n-nies kienu jittieħdu fil-moħbi u jitwettqu per mezz ta’ lettres de cachet.

    Daħla

    Tidher konfermata l-vroma li saret mill-amministrazzjoni ta’ gonzi-pn dwar id-daħla tal-Belt. Il-kommunità artistika u kulturali għadha mhx konvinta li t-teatru għall-apert, fasslu min fasslu, jagħmel sens. U issa l-gvern il-ġdid sab li l-Parlament li tela’ qrib it-teatru, m’għandux biżżejjed uffiċċji u kmamar fejn jiltaqgħu l-kumitati parlamentari. Niftakar l-arroganza li biha gonzi-pn kien iħabbar id-deċiżjonijiet tiegħu waqt li jisħaq kif ma kellux bżonn ta’ “pariri”.

    Niddubita kemm dak li sar fid-daħla tal-Belt jista’ jiġi mtejjeb jew mibdul. Il-froġa saret.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  

Facebook