BAĠIT

  • Apr 01, 2013 08:34
  • Miktub minn

    Hemm qbil bejn Gvern, Oppożizzjoni u l-imsieħba soċjali biex il-baġit għas-sena 2013 jgħaddi malajr mill-Parlament, kważi mingħajr bidla minn kif il-gvern ta’ gonzi-pn kien ippreżentah f’Novembru tas-sena li għaddiet. Dan biex fl-interess tal-istabbiltà, il-gvern ikollu baġit li fuqu jista’ jaħdem.

    Biss hemm komplikazzjoni li dwarha ma smajt xejn pubblikament. Il-baġit maħruġ f’Novembru 2012, telaq minn previżjonijiet dwar x’kellu jiġri sa tmiem is-sena 2012. Pereżempju, dwar dħul u ħruġ tal-gvern, u allura dwar id-defiċit li l-gvern kellu jispiċċa bih sal-aħħar tas-sena; u dwar kemm kienet se tikber l-ekonomija Maltija għas-sena kollha. Minn dak iż-żmien lil hawn, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħareġ figuri dwar kif spiċċajna s-sena.

    Jekk qed nifhem l-istatistika li ħarġet, il-previżjonijiet magħmula fil-baġit 2013 żgarraw, ġieli bil-kbir. Id-dħul tal-gvern fl-2012 spiċċa anqas milli kien prospettat, il-ħruġ akbar, u allura d-defiċit bilfors spiċċa akbar milli ntqal li se jagħmel. Ukoll, l-ekonomija kibret anqas milli kien mistenni fil-baġit.

    Jekk dan hu minnu, hu dubbjuż kemm il-premessi li fuqhom issawwar il-baġit għas-sena 2013 jistgħu jibqgħu jitqiesu bħala korretti.

    Aktar fuq Servizzi Finanzjarji

    Tajjeb li l-awtoritajiet Maltin baqgħu jtambru li s-servizzi finanzjarji u bankarji f’Malta huma differenti minn ta’ Ċipru. Imma nibża’ li mhumiex jiżnu biżżejjed kemm tista’ tkun qawwija l-mewġa ta’ kritika kontra l-oqsma tas-servizzi finanzjarji fil-pajjiżi “Mediterraneji”.

    Ma nemminx li din il-kritika qed issir għax dawn is-setturi bħal f’Malta, jlaħħqu bl-assi tagħhom tmien darbiet u aktar tad-daqs tal-ekonomija fejn jinsabu. Il-kritika hi mnebbħa aktar mix-xewqa li dawn l-oqsma finanzjarji ma jibqgħux iservu biex jgħinu kumpaniji jħaffu l-piż tat-taxxi li jġorru. Biex tagħqad, l-aħħar rapporti tal-Fond Monetarju Internazzjonali dwar Malta jinħassu ftit xettiċi dwar l-argument li qed isir fostna, dwar kif il-banek barranin stabbiliti hawn ftit għandhom rabta mal-iżvilupp tal-ekonomija Maltija.

    WIRJIET

    Ma nafx inix żbaljat: donnu li l-għadd ta wirjiet privati tal-Ġimgħa l-Kbira naqas minn ftit tas-snin ilu. Baqgħu jsiru l-wirjiet imtellgħa fil-każini tal-baned u ġieli każini oħra. Biss jidhirli li kien ikun hemm aktar djar privati jew “garaġijiet” fejn dilettanti kienu jesponu tul il-ġimgħa ta’ qabel l-Għid, vari, knejjes armati u esebiti oħra b’rabta mal-passjoni ta’ Kristu. Uħud ġieli repetittivi, oħrajn tassew oriġinali, imma kollha jagħtu xhieda fost id-dilettanti ta’ interess kbir u ta’ dedikazzjoni għas-suġġett. Forsi anki dan it-tip ta’ xogħol hu soġġett għal bidla li sseħħ fid-drawwiet soċjali ta’ bejnietna – ħaġa li tispjega, jekk dan tassew ġara, t-tnaqqis fil-għażla ta’ wirjiet.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Apr 01, 2013

    Bhal dejjem ma nfallix l-artiklu tieghek fuq -i news, imma nixtieq nik

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 02, 2013

    Bhas- soltu artkli interessanti li naqra dejjem ghax juru kemm dr. Sant hu bniedem istruwit u intiz. Zgur minhix kompetenti nikkontesta imm

    Irrispondi
  •  

Facebook