KAŻINO

  • Mar 28, 2013 10:25
  • Miktub minn

    Qed jagħmlu sew l-awtoritajiet finanzjarji Maltin li jisħqu fuq kif is-settur bankarju Malti ma jixbahx lil dak Ċiprijott, anki jekk bħal f’Ċipru, l-assi tal-banek stabbiliti f’Malta jlaħħqu aktar minn tmien darbiet id-daqs tal-ekonomija tagħna.

    Biss, wisq nibża’ li strateġikament, il-problema għal Malta hi usa’ mill-argument li tkellmu dwaru. Il-fatt hu li l-mexxejja taż-żona ewro qed togħrokhom għajnhom mis-servizzi finanzjarji li żviluppaw fil-pajjiżi periferiċi – ħlief għal-Lussemburgu – taż-żona. It-tensjoni bejn il-Ġermanja u l-Lussemburgu dwar dan is-suġġett ilha għaddejja. Skont il-pajjiżi l-kbar taż-żona, s-servizzi finanzjarji mhuma xejn aħjar minn magna biex biha kapitalisti żgħar u kbar jeħilsu mit-taxxi li suppost iħallsu. L-argumenti fuq dan il-binarju ilhom jissodaw, mhux lanqas fid-diskussjonijiet dwar id-dħul ta’ taxxa fuq is-servizzi finanzjarji.

    Juri dan ukoll l-istqarrija ta’ ministru Franċiż dwar kif l-ekonomija ta’ Ċipru kienet ibbażata fuq prinċipji ta’ każino u għalhekk ma kinitx sostenibbli. Tgħid, dan l-aġġettiv għad jispiċċa applikat ukoll għal Malta, fis-sens li l-qasam tal-imħatri bl-internet, b’ċertu mod relatat mas-servizzi finanzjarji, fostna hu l-aktar wieħed qawwi, u relattivament l-aqwa fl-Ewropa?

    LIBJA

    Ma tantx nisimgħu dwar xinhu għaddej fil-Libja. Kultant toħroġ aħbar li sar xi attentat jew li nqabad jew inħeles xi mexxej ta’ żmien Gaddafi. Skont rapporti li smajt, l-affarijiet għadhom bogħod min-normal.

    Hu fl-interess ta’ kulħadd, u l-aktar tal-Libjani, li l-qagħda fil-pajjiż tkun waħda stabbli ħalli jirrankaw l-isforzi ta’ ristrutturar u bini mill-ġdid li hemm bżonn. Jista’ jkun madankollu li apparti mill-firdiet tribali u reġjonali li jeżistu, hemm problema oħra? – dik li jeżisti wkoll sens ta’ inċertezza dwar l-intenzjonijiet veri tal-pajjiżi li għenu biex iwaqqgħu l-gvern ta’ Gaddafi. Kinux verament imnebbħa mix-xewqa li jikkontribwixxu għall-ħelsien tal-poplu Libja, jew kellhomx f’moħħhom kif wara li jseħħ il-ħelsien, jiżguraw li l-kumpaniji tagħhom japprofittaw tajjeb mir-riżorsi minerali tal-pajjiż?

    ACHEBE

    Il-mewt ta’ Chinua Achebe timmarka bidla ta’ ġenerazzjonijiet fil-kitba Afrikana. Achebe kien protagonista tal-kittieba li taw xhieda tat-trasformazzjoni mill-indipendenza għall-modernizzazzjoni. Il-bidliet soċjali enormi li seħħew farrku l-istrutturi tradizzjonali li l-kolonjaliżmu ma rnexxilux jew ma riedx jeqred, u daħħlu sfidi li f’ħafna każi ma ntlaqgħux.

    Achebe kien jikkritika bil-kbir lill-mexxejja Afrikani ta’ żmienu għall-fallimenti tagħhom u għall-mod kif ħallew l-inġustizzja soċjali u l-korruzzjoni jinfirxu. Din ilha tema qawwija; qrajt dwarha l-ewwel mhux f’rumanz ta’ Achebe, imma ta’ Ayi Kwei Armah, ukoll mill-Afrika tal-Punent bħal Achebe, fir-rumanz “The Beautyful Ones are not yet born”, dwar id-diżillużjoni fost iż-żgħażagħ fi żmien Kwame Nkrumah fil-Ghana.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Mar 28, 2013

    Believed or not ? the Cyprus economy as Dr Sant is saying or writing is based on the casino and gaming economy , but even was based on the Greece economy and everybody knows what happens to the Greece economy and on the Russi

    Irrispondi
  •  

Facebook