INDUSTRIJA

  • Mar 24, 2013 17:46
  • Miktub minn

    Il-kriżi Ċiprijotta terġa’ tfakkarna kemm hu perikoluż li ekonomija tiġi tiddependi wisq minn settur wieħed. Kienu jgħidulna biex ma ninkwetawx wisq jekk l-industrija tnin għax minflokha deħlin is-servizzi finanzjarji li se jtellgħuna s-sema. Veru li dawn imxew ’il quddiem u ħadu importanza fl-ekonomija tagħna daqs kemm ħadu f’Ċipru. U sar sew li dan is-settur ingħata inkoraġġiment.

    Imma kienet attitudni żbaljata għall-aħħar li minħabba f’hekk, ma ngħatatx importanza biżżejjed lill-ħtieġa li l-industrija tibqa’ tingħata sostenn ħalli tirristruttura u timmodernizza, fi proċess kontinwu mmexxi b’impenn.

    Talanqas issa bil-bidliet li saru fit-tmexxija tal-gvern anki f’dan is-settur, wieħed jistenna li jibdew jittieħdu bis-serjetà l-inizjattivi meħtieġa biex l-industrija tingħata l-attenzjoni li teħtieġ ħalli tiżviluppa aktar. Nittama li mhux tard wisq.

    Bejn l-Indja u l-Italja

    Hi storja li ma tantx segwejna hawn Malta. Suldati Taljani ppostjati fuq vapur biex iħarsuh minn pirati sparaw u qatlu żewġ sajjieda Indjani. L-awtoritajiet Indjani arrestawhom u tellgħuhom il-qorti akkużati bi qtil. Qam nuqqas ta’ qbil bejn l-Indja u l-Italja dwar jekk l-inċident seħħx f’ilmijiet internazzjonali jew le. Bi qbil bejn it-tnejn, l-Indja ħalliet liż-żewġ suldati jmorru lura d-dar biex jivvotaw fl-elezzjoni ġenerali u jaraw lil qrabathom, bil-wegħda li wara se jerġgħu lura. Meta għadda ż-żmien maqbul, l-Italja rrifjutat li tibgħathom. L-Indja qed iżżomm bħala “rahan” lill-ambaxxatur Taljan billi ma tħalliehx jitlaq mill-pajjiż. L-Italja qed takkuża lill-Indja li qed tikser b’hekk ir-regolamenti bażiċi tad-diplomazija. L-Indja qed takkuża lill-Italja li aġixxiet b’mod diżonorabbli.

    Min għandu raġun? Min għandu tort?

    Rachmaninoff

    X’aktarx hu l-aktar xogħol magħruf ta Rachmaninoff. Mitqies żgur bħala l-aktar romantiku, il-kunċert għal pjano numru 2 baqa’ fil-quċċata tal-popolarità. Hekk turi l-klassifika annwali li jagħmel l-istazzjon tar-radjo Classic FM. Minn meta skoprejtu aktar minn erbgħin sena ilu, jien ukoll bqajt affaxxinat bih, għalkemm jiġu żminijiet fejn trid tinsieh għal xi ġimgħat. Kont “daħħaltu” f’rumanz twil li ktibt snin twal ilu u li ħadd ma qara, Silġ Fuq Kemmuna. Minn dak iż-żmien, ġemmajt mal-għaxar verżjonijiet tax-xogħol minn interpreti differenti, fosthom Arthur Rubinstein. Imma kien dan l-aħħar li smajt sew għall-ewwel darba l-verżjoni li għamel Rachmaninoff innifsu mal-Orkestra ta’ Philadelphia diretta minn Leopold Stokowski. Tidhirli l-isbaħ interpretazzjoni li qatt smajt. Mhux bilfors li għax jinterpretah l-istess kompożitur, xogħol se joħroġ aktar “ġenwin”. Jekk m’inix nimmaġina, fil-verżjoni ta’ Rachmaninoff tiltaqa’ ma’ ħafna mill-aqwa mumenti tal-verżjonijiet l-oħra waqt li t-timbru jibqa’ dak ta’ interpretazzjoni ħajja u individwali.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Mar 25, 2013

    Rachmaninoff: Jien toghgobni il-verzjoni fejn iddoqq Helene Grimaud diretta minn Claudio Abbado.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 25, 2013

    Now we can say that we been more then 50years an Independent country . But

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 26, 2013

    Fl-opinjoni tieghi l-Indja ghandha ragun

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 26, 2013

    I'm not talking about the Italians because they can't be

    Irrispondi
  •  

Facebook