RIKONĊILJAZZJONI'

  • Mar 21, 2013 12:59
  • Miktub minn

    Ittra kurjuża miktuba mill-eks segretarju permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin is-sur Evarist Saliba (The Times tal-Erbgħa), kellha l-intenzjoni turi kif wara l-elezzjoni tal-1987, il-gvern ta’ Fenech Adami mexxa politika attiva ta’ rikonċiljazzjoni. Bla ma nduna l-kittieb, fil-fatt l-ittra tiegħu żvelat il-maqlub.

    Is-sur Saliba kiteb hekk dwar konkors għad-dħul fis-servizz diplomatiku fejn applikat is-sinjura Bonnici, illum Rappreżentanta ta’ Malta mal-Unjoni Ewropea: “Kien ġie minn għala widnejja li familtha, magħrufa għas-simpatiji tagħha lejn il-Partit Laburista, kienet emigrat lejn l-Awstralja u ġiet lura Malta. Jien iddeċidejt li ma ngħaddix din l-informazzjoni lill-bord tal-għażla u hi ntgħażlet unanimament fuq il-merti tagħha”.

    Skont Saliba, dan juri kif l-idea ta’ Malta tagħna lkoll kienet prattikata diġà fl-1987. Bir-rispett kollu, jekk kien hekk, x’relevanza seta’ kellha għalih bħala uffiċjal pubbliku, l-informazzjoni li ġabar dwar is-simpatiji politiċi tal-familja Bonnici? U jekk Malta kienet diġà tagħna lkoll, xi ħtieġa kellu li jostor l-informazzjoni dwar is-sinjura Bonnici mill-membri l-oħra tal-kumitat tal-għażla?

    Sfortunatament, l-ipokresiji politiċi f’dan il-pajjiż mhux biss huma istituzzjonalizzati imma wkoll internalizzati.

    AKTAR MINN ĊIPRU

    Ir-rifjut tal-Parlament Ċiprijott li jaċċetta t-termini tal-bail-out għal Ċipru li qablu fuqu l-membri tal-euro group hu sinifikattiv ħafna. Din l-ewwel darba li ftehim milħuq ma’ pajjiż fiż-żona ewro milqut bi kriżi finanzjarja, ġie miċħud kompletament mir-rappreżentanti tal-poplu.

    Lil hinn mill-problemi tekniċi u finanzjarji li din il-kriżi tista’ tixpruna, naħseb li effett ieħor tagħha se jkun li terġa’ tqanqal dilemma ewlenija fiż-żona ewro: id-distakk bejn id-dimensjoni “teknika” tat-tmexxija tagħha u d-dimensjoni politika u demokratika. Iż-żewġ sistemi ta’ kif jittieħdu d-deċiżjonijiet mhumiex jiffunzjonaw f’armonija bejniethom u ma tantx jeżistu mekkaniżmi li jistgħu jdaħħlu armonija. Sa issa din is-sena, peress li s-swieq finanzjarji ma urewx daqstant tħassib dwar l-ewro, id-distakk ftit inħass. Imma ma kienx f’Ċipru biss li ntwera. Biżżejjed niftakru fil-qagħda politika tal-Italja.

    PAPA

    Franġisku hu l-isbaħ isem simbolikament li Papa jista’ jkollu. Ħaġa stramba kif il-Papa preżenti hu l-ewwel wieħed li għażlu. Skont l-istampa Franċiża, il-Papa nnifsu xtaq li ma jsejħulux Franġisku I imma biss Franġisku. Tgħid qalbu diġà ħebritu li ta’ warajh mhux se jkunu daqstant ħerqana għad-direzzjoni li timmarka l-għażla tal-isem?

    L-istampa Ġermaniża laqqmet lill-Papa ġdid bħal r-reazzjonarju modern. Il-kejl ta’ “reazzjonarju” f’dal-qies ħaduh mill-pożizzjonijiet tiegħu fuq moralità sesswali u l-prattika ta’ stili “differenti” ta’ ħajja. Min-naħa l-oħra, l-insistenza favur l-informalità, il-ġustizzja soċjali u t-tolleranza/maħfra forsi juru li se jkun f’dawn l-oqsma l-aktar li l-“moderniżmu” ta’ Papa Franġisku se jasserixxi ruħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Mar 21, 2013

    Alfred kemm niehu gost naqra l-kummenti tieghek. Inti ragel ta' gherf kbir. Nispera li tkun wiehed minn dawk li tirraprezenta lil Malta bhala MEP.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 23, 2013

    From the beginning of human kid people had or have their tribes even in the small villages of Malta we have the Saints tribes what the faze and disconcert about it. The tribe reason Pn and Pl I think is the same thing of the people beli

    Irrispondi