Ċelebrazzjonijiet

  • Mar 13, 2013 17:59
  • Miktub minn

    Iċ-ċelebrazzjonijiet li saru fit-toroq għar-rebħa elettorali Laburista rriflettew il-ferħ tan-nies li kienu ilhom ma jaraw lill-partit tagħhom fil-gvern. Matul il-kampanja, gonzi-pn ipprova iqanqal babaw li ilu li għosfor, dwar vjolenza li se tinqala’ kontra min ma jaqbilx mal-Labour. Baqa’ f’wiċċhom għax kollox sa issa għadda b’wiċċ il-ġid, fil-briju u mingħajr wisq inkejja. Ċertament wara l-aħħar tliet elezzjonijiet ta’ qabel din, kien hemm ċirkostanzi fejn partitarji ta’ gonzi-pn ġabu ruħhom b’rambaġġ qawwi; dan ma deher kważi xejn fl-aħħar jiem.

    Anki dwar ir-rambaġġ ġieli vjolenti tal-imgħoddi fit-toroq, jien nibqa’ nemmen li kellhom “mano in pasta” attivisti jew agħar taż-żewġ naħat, u mhux ta’ naħa waħda. U l-kompjaċenzi dwar hekk minn “fuq” ma kinux ġejjin min-naħa waħda lanqas. Sempliċiment li n-naħa l-oħra kienet tilgħabha mill-bidu sal-aħħar tal-qaddisa.

    Meta kont iżgħar, kont inqis ċelebrazzjonijiet hekk xi ftit bħala ħala ta’ ħin. Illum nagħraf li ħafna nies ikunu jridu żvog fi briju biex jimmarkaw avveniment nazzjonali li jkunu ilhom jixxenqu għalih. Sakemm kollox jitwettaq fis-sliem, anki jekk fl-istorbju, m’hemmx xejn ħażin f’katarsi bħal din.

    Tkabbir ekonomiku

    L-aħħar statistika ppubblikata turi li l-ekonomija Maltija kibret fis-sena 2012 b’anqas milli kien imbassar mill-gvern ta’ gonzi-pn. Għadu mhux ċar kif dan se jirrifletti fil-persentaġġ tal-ekonomija, kif imkejla bħala Prodott Gross Domestiku, li d-dejn nazzjonali u d-defiċit fil-finanzi tal-gvern se jkunu spiċċaw bih. Is-soltu gonzi-pn mhux biss kien jaħdem bi stimi għolja tat-tkabbir ekonomiku imma anki bi stimi baxxi ta’ kemm se tkun kbira l-ħofra finanzjarja.

    Anki llum, ir-riżultat jista’ jkun li kemm il-persentaġġ tad-dejn nazzjonali u kemm tad-defiċit għas-sena 2012 se jiġu ogħla sew milli wieħed kien qed jassumi sa issa. Dan minnufih jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussel li fl-aħħar sentejn saret ħafna aktar attenta biex tikkontrolla l-iżviluppi finanzjarji fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u ngħatat l-għodod biex iġġiegħel lill-gvernijiet jieħdu l-passi “meħtieġa”.

    Kunsilli

    Fi tmiem din il-ġimgħa jingħaddu l-voti fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, li ħabtu jintesew fl-iżviluppi tal-aħħar jiem. Anki fil-kampanja elettorali, it-tellieqa tal-kunsilli lokali ftit issemmiet għalkemm ħafna kandidati fiha kienu mpenjati daqs dawk tal- “kbira”.

    Għal min jiddeletta ħafna bil-politika, se jkun interessanti l-istudju ta’ kif u b’kemm ir-riżultati lokali jikkonformaw mar-riżultati tal-Parlament. Forsi aktar interessanti se jkun l-istudju ta’ dawk eletti lokalment. Fosthom se jkun hemm min sa ħames jew għaxar snin oħra, jagħmel b’suċċess iċ-ċaqliqa mil-lokali għan-nazzjonali. Fost id-deputati li ħarġu mill-aħħar elezzjoni, diversi għaddew minn din l-esperjenza.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 9

  •  
    anonimu
    Mar 14, 2013

    You have been instrumental in this, as you got rid of the culprits in our party. So a big thank you!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 14, 2013

    kIF IKKUMENTAW CERTI "KUMMENTATURI" qishom

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 14, 2013

    Prosit Dr Sant tal-kummenti sbieh rigward ir-rebha u c-celebrazzjnijiet li sa

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 14, 2013

    Rispett kbir lejk Dottor Sant. Haqqek gieh ghall mod ta kif qed tappogja lis-successur tighek bla riservi. Awguri!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 14, 2013

    Ghaziz Dr Sant, prosit tal-kitbiet tieghek li huma segwiti minn hafna. It-tmexxija ta' dan il-gvern gdid hija bbazata fuq

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 15, 2013

    Għal darb'oħra urejna maturita' saħansitra fiċ-ċelebrazzjonijiet. Kemm

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 15, 2013

    Naqbel hafna mal-kummenti ta' Charles u Patrick hawn taht, ghaliex li kieku int, Dr Sant, ma qbadtx il-barri minn qrunu fiz-zmien opportun, u nissilt dixxiplina fost il-partitarji, kieku iz-zewg nahat gha

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 15, 2013

    Hadt pjacir naqra li Dottor Sant app

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 16, 2013

    X'dehr

    Irrispondi
  •  

Facebook