Liema torri – ta' Babel jew Pisa'

  • Lul 22, 2012 15:24
  • Miktub minn

    B’inizjattiva siewja, l-Ispiker Michael Frendo organizza konferenza dwar il-governanza ekonomika ġdida tal-Ewropa għall-“European Public Law Organization”. Ħadu sehem nies involuti fil-politika, fl-istudji legali u fin-negozju bankarju. Mexxa l-laqgħat Giuliano Amato, eks-Prim Ministru tal-Italja, bniedem diskret u mgħarraf sew teknikament u politikament dwar xinhu għaddej fl-Ewropa bħalissa.

    Suġġett ewlieni kien il-qagħda taż-żona ewro. Tkellimna wkoll dwar hekk, il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech u jien. Saru interventi dwar kif iż-żona tal-ewro qed tilqa’ għall-kriżi li ħakmitha. Bqajt impressjonat bil-livell għoli tal-ideat li tfissru. Min-naħa l-oħra, ħadd ma jidher li lest jaqbad il-barri minn qrunu.

    Il-proġett tal-ewro hu vvizzjat bil-mod kif imfassal. Dwar torri li qed jittella’ b’pedamenti fir-ramel, nispiċċaw niddiskutu kif se jinbnew digi ġodda tar-ramel madwaru ħalli jżommu l-baħar ’il bogħod. Bini mtella’ b’dal-mod jista’ jiġrilu bħat-torri ta’ Babel, li bit-taħwid li nqala’ hu u jinbena, ikkollassa.

    ...B’kuntrast ma’ dan, isemmulek it-torri ta’ Pisa li ilu s-sekli jixxengel. Xorta għadu wieqaf.

    Diċenza politika

    Ftit li xejn issemma aspett tal-aħħar żviluppi politiċi. Dal-fatt juri kif taħt gonzi-pn, intesew għal kollox kriterji ta’ diċenza politika li suppost huma fondamentali f’demokrazija.

    Anki fil-pajjiżi fejn jammettu li deputati jistgħu jivvotaw kontra l-linja tal-partit tagħhom fil-gvern, iqisu mbagħad li huma għandhom jirreżinjaw mill-funzjonijiet governattivi tagħhom. Mhux hekk ġara sal-mument li qed nikteb. Id-“dissidenti” tal-PN ma rreżinjawx mill-karigi mħallsa ta’ assistenti parlamentari jew ma nafx xiex aktar. Qed isostnu, qaluli, li b’hekk qed jagħmlu tajjeb. Sadattant il-poplu jħallas.

    X’kuntrast ma’ x’kien jiġri fis-snin 70 u 80 tas-seklu l-ieħor. Kellna jgħidulna, gvern korrott tal-bażużli. Kemm naf nies li f’dak iż-żmien taw b’integrità servizzi ġenwini u b’xejn lill-gvern! Kienu jemmnu tassew f’Malta.

    Rizzoli

    Ta’ spiss inżur ħanut tal-kotba “użati” li jmexxu l-SPCA fil-Furjana. Dan l-aħħar għall-bejgħ kellhom ġabra estensiva ta’ kotba mill-“Classici dell’Arte” li l-edituri Rizzoli ta’ Milan ħarġu mis-snin 60 tas-seklu l-ieħor. Kull ktieb mimli b’riproduzzjonijiet gwappi tax-xogħlijiet tal-pittur li qed jippreżenta, b’introduzzjoni ta’ kalibru. Għall-ktieb dwar Picasso fil-fazi “blu” u “roża” tiegħu jikteb Alberto Moravia – dwar Fra Angelico, tikteb l-ewwel mara ta’ Moravia, Elsa Morante. Kull ġimgħa, immur innaqqar xi tnejn minn dawn ix-xogħlijiet. Veru li fuq l-internet tista’ tara l-istess pitturi u tiżżumja konvenjenza tiegħek biex tarahom aħjar. Imma l-kullana ta’ Rizzoli tibqa’ prezzjuża. Forsi qed nagħmel ħmerija nikteb dwar hekk. Xieraq li meta nerġa’ mmur fil-ħanut tal-SPCA, insib li l-bqija tar-Rizzoli telqu kollha...!

    www.alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Lul 26, 2012

    PROSET DR.SANT KULL MA KONT TEJT KOLLOX GENA FIH. U PROSET TA ARTIKLI LI TIKTEB GHAX KOLLA VRTITAJIET.

    Irrispondi