REBĦA

  • Mar 10, 2013 23:10
  • Miktub minn

    Ir-rebħa Laburista mhux biss kienet mistħoqqa imma kienet ukoll massiċċa. Il-PL baqa’ l-ħin kollu jirrispondi għax-xewqa ċara tal-poplu favur il-bidla. Għamel dan b’impenn u konsistenza f’kull waqt tista’ tgħid ta’ kampanja twila.

    Il-proposti li saru għandhom ikunu fattibbli; imma forsi l-aqwa waħda hi dik li ngħaqdet fis-slogan tal-kampanja Laburista – li l-pajjiż għandu jkun ta’ kulħadd, tagħna lkoll, mhux ta’ klikka privileġġjata bil-ħbieb tal-ħbieb tagħha. Il-wegħda li pajjiżna jitmexxa skont il-mertu mhux skont il-lewn tal-għajnejn naħseb li saret l-aktar waħda importanti biex il-progress fostna jirranka. U ninsab persważ li kienet l-aktar waħda li dwiet fost iċ-ċittadini. Jekk għal li ġej, il-gvern il-ġdid jirnexxielu jwettaq din il-wegħda biss, ikun diġà gvern ta’ suċċess li fetaħ kapitlu ġdid fl-istorja politika tal-pajjiż.

    PROSIT

    Irid jingħata prosit lil kull min ħa sehem b’xi mod jew ieħor fil-kampanja Laburista. Imma m’hemmx dubju li l-aqwa prosit irid jingħata lil Joseph Muscat li wera l-ħin kollu sens tattiku u strateġiku formidabbli, ħila personali kbira biex jittratta ma’ nies ta’ kull temperament magħquda ma’ sabar u stamina. Smajt diversi nies, uħud minnhom li ma tantx ixaqilbu lejn il-Labour, jistqarru kif aktar ma għaddew il-ġimgħat, aktar sabu ispirazzjoni fid-diskorsi li kien qed jagħmel. Ta wirja impressjonanti.

    Naħseb li l-kwalitajiet li għadni kemm semmejt se jiswewlu ta’ ġid kbir fil-kariga iebsa ta’ Prim Ministru li dieħel għaliha. Nemmen li f’dan se jagħmel suċċess ieħor. L-isfida issa trid tkun li mhux biss ikun l-iżgħar Prim Ministru ta’ Malta imma li eventwalment ikun ukoll l-aktar wieħed xiħ.

    NGĦOŻŻU L-KISBA

    Fi żmien ta’ rebħa, tajjeb li wieħed xorta waħda jżomm saqajh mal-art. Il-kisba tal-poter għall-PL qatt ma kienet ħaġa ħafifa. F’pajjiżna, dejjem kienet ħafna aktar diffiċli milli hi għall-partit tal-lemin, minħabba l-interessi vestiti li jikkontrollaw oqsma sħaħ tas-soċjetà tagħna. Min jappoġġja ġenwinament il-gvern il-ġdid għandu joqgħod b’seba’ għajnejn biex b’għemilu jgħin ħalli nħarsu l-kisba tal-poter statali.

    Irridu nagħtu ċans lill-gvern jiżviluppa t-tmexxija tiegħu b’galbu u b’serjetà. L-affarijiet mhux se jkunu jistgħu jitwettqu mil-lum għal għada. Il-Prim Ministru Matathir tal-Malasja darba qal li gvern ikollu bżonn sentejn sabiex jasal ħalli jħaddem kif imiss ir-riedni kollha tal-poter. Tkellem mill-esperjenza.

    Jien wieħed minn dawk li nibqa’ dubbjuż ħafna dwar kemm il-PN hu kapaċi jservi bħala Oppożizzjoni “leali”. Aktar u aktar allura se jkun importanti li fost dawk kollha li jappoġġjawh, il-gvern ġdid isib komprensjoni u appoġġ leali.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 23

  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    proset kliem ta bniedem bravu immens

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    GRAZZI ta zerriegha li zrajt GRAZZI u nawguralek sahha.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Grazzi Dr. Sant li int kont li bdejt it triq tal bi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Alfred, illum ma nistax ma nurikx l-apprezzament tiegħi għal dak li int bdejt fl-1996 bħala Prim Ministru u

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Grazzi lilek Alfred Sant tajt hidmietek f'dan il pajjiz kif stajt, Issa li ghandna lil Prim Ministru Joseph Muscat nista nghidlek li dak li rawwimt inti fil Partit Labburista sa jattwah Joseph. Grazzi tal hidma tieghek fil Partit tal- Haddiem Malti.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Dr Sant Nistqarr li jien kont protagonist 1996 u li fik

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 11, 2013

    Jien kont ghadni tifel meta inti kont Prim Ministru u niftakar li kien hemm hafna Laburisti ma fehmux dak li provajt taghmel.Illum il-vizjoni tieghek giet vendikata b'mod car li l-poplu irid l-ghaqda. Jien tal-opinjoni li kont onest wisq ghall-politika.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    DR.SANT IL PETIMENT LI BNEJT INT TA AHNA ILKOLL MALTIEN ILLUM GHAL GRAZZJA TA ALLA U XOGHOL SEWWI LI GHAMILT F'96-97 BEDA JIDER. GRAZZI TA KUL MA GHAMILT.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    Lil dr Sant jew ma femuhx jew ma ridux jifmuh. Kieku Gonzales lanqas biss konnha nkunu nafu bih. Dr Sant int ragel fuq lirgel. Nawgura lill Dr Muscat u lill partit Laburista kull success u ma jhallu lill hadd min idahhalhom fxi nasba.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    Dr.Sant,Din ir-rebha hija kontinwazzjoni fejn hallejt int,.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    Il-kuncett ta' ghaqda nazzjonali Dr Sant dejjem

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 12, 2013

    Dr Sant, dan huwa it tkomplija tax xoghol li bdejt int meta kont

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 13, 2013

    Bir-raġun tifraħ Dott! Dak li ħlomt u bdejt twettaq int, issa beda jsarraf b'mod aktar tanġibbli u evidenti! Ma ninsewk qatt!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 13, 2013

    proset kliem ta bniedem bravu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 13, 2013

    Prosit Dr Sant jien l-istess hsibijiet ghaddewli, u nispera li in nies ma jippretendux kollox mill lum ghal ghada, ghax l-ewwel irridu naraw x'halla warajh il priministru precedenti.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 13, 2013

    Grazzi Dr.Sant,kont,ghadek u tibqa f'qalbna.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 13, 2013

    L-ahhar zewg sentenzi jirriflettu dak li Dr. Sant prova jaghmel fiz-zmien meta kien Prim Ministru hu u sab lil min tradih. Prova jzomm nies li kienu minn tfulithom iddi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 13, 2013

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 13, 2013

    Prosit Dr Sant. Artiklu mirqum, intelligenti u gej minnn bniedem li l-parir tieghu ta min jixtarru ghax ghadda minn esperjenzi qarsa. Nittamaw li l-Gvern ma jsibx ostakli u jithalla jahdem ghal gid ta malta taghna lkoll.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 13, 2013

    Bir rispett kollu u minghajr ma nnaqqas l,ebda mertu lil Dr.Joe Muscat, nixtieq inzid illi din il policy,tattika,jew triq gdida jidhirli li kont diga bdejta int,Dr.Alf Sant,u kompla Dr. Jos Muscat fuq dik it triq li kont bdejt int. Sfor

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 13, 2013

    Sur Alfred Sant, Jien kont u nibqa nammerak kif int ghallimt il-principji tad-demokrazija mhux bil paroli izda bil FATTI. Kont taf li d- demokrazija kienet sa taghti rizultati negattivi fuq in

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 13, 2013

    prose dr sant ghax int ghad hekk sam ukol fdan li gara f elezjoni ghax il kliem li kont tajt int fil meeting u kien ikun hawn ta kontrina u kienu jajdu ma jafx xinu jajt il kliem li

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 14, 2013

    Nifrahlek Dr.

    Irrispondi