IVVOTA LABOUR

  • Mar 07, 2013 08:44
  • Miktub minn

    Fil-fehma tiegħi, kull min hu/hi ta’ rieda tajba u jemmen/temmen li dan il-pajjiż jistħoqqlu governanza serja u moderna, ibbażata fuq il-meritokrazija mhux fuq il-klikek, għandu/għandha triq waħda quddiemu/quddiemha. Li jivvota/tivvota Labour.

    Jekk kien hemm gvern li kellu għalfejn jibqa’ «qrib» il-poplu, kien dak ta’ gonzi-pn, wara r-rebħa elettorali żbrixx li għamel ħames snin ilu. Minflok, kien gvern li kompla jinqata’ miċ-ċittadini, kien u baqa’ arroganti sal-aħħar, u ħa deċiżjonijiet li kienu żbaljati mill-bidu sal-aħħar. Baqa’ jinsisti li hu dejjem aktar għaref minn kulħadd ieħor. Sadattant, klikkek ta’ ġewwa baqgħu jpappuha tajjeb, u l-korruzzjoni ġiet injorata.

    Meta wieħed jifli l-ftaħir ta’ gonzi-pn dwar il-kisbiet li wettaq, anki fil-qasam ekonomiku, jikkonkludi li ħafna minnhom mhuma xejn ħlief daħq fil-wiċċ. Il-gvern baqa’ jgħix gidba fuq gidba anki meta l-istess sostenituri tiegħu wissewh li qed jeżaġera.

    Kampanja suċċess

    Il-PL b’Joseph Muscat fuq quddiem kellu kampanja elettorali mill-aqwa. Teknikament issuperat kważi f’kull ġimgħa dik ta’ gonżi-pn li b’mod sorprendenti dehret għajjiena u bla wisq dinamiżmu. Il-mexxej Laburista spikka għax żamm ir-ritmu u wera ruħu sod fl-istqarrijiet tiegħu.

    Seħħew mumenti meta ta’ gonzi-pn telqulha bħas-soltu biex iħammġu. L-attakk fuq Joe Cordina kien baxx; l-ieħor fuq Toni Abela ugwalment ħajjen u kattiv. L-inċidenti kontrihom kif immuntati ma kinux konvinċenti; xejn f’li ntqal ma seta’ jikkonvinċi lil dawk bħali li jafu sew lit-tnejn. Min-naħa l-oħra, gonzi-pn ma rnexxilux jgħatti kemm l-għeruq tal-kompjaċenzi u tal-klikkiżmu huma qawwija ġo fih.

    Ukoll, il-kampanja Laburista rnexxielha tipproġetta dehra u entużjażmu żagħżugħa waqt li żammet l-appoġġ ħerqan ta’ dawk li ilhom li ħallew iż-żogħżija, u li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed isiru l-maġġoranza fil-pajjiż.

    Chavez

    Iddispjaċieni ħafna għall-mewt tal-president Veneżweljan Hugo Chavez. Kien forsi l-aħħar minn sensiela ta’ mexxejja ta’ pajjiżi tat-Tielet Dinja, kif konna nafuhom snin ilu, li poġġew fuq quddiem l-ideal li l-żvilupp irid isir skont l-interess tas-saffi «baxxi» tal-poplu. Fost dawn il-mexxejja, kien hemm kommunisti, soċjalisti, nazzjonalisti… Ma ddarrsux jinqdew bil-«populiżmu» ħalli jimmobilizzaw in-nies. Sabu kontrihom reżistenzi ta’ oligarkiji interni u ta’ potenzi kapitalisti l-kbar. Ipprovaw iqanqlu l-iżvilupp ekonomiku b’kull mezz, mill-poter statali sa kombini mas-setturi privati barranin u tal-pajjiż. Wettqu bidliet soċjali kbar. Wettqu żbalji ekonomiċi kbar. Ħafna minnhom marru kontra l-prinċipji tad-demokrazija u fallew.

    Għalkemm fgati, xorta l-ideat u l-aspirazzjonijiet tagħhom jibqgħu jidwu fl-istorja moderna. Nemmen li għad jerġgħu jiżbroffaw għax fost il-popli, xejn mhu aqwa mill-aspirazzjoni għall-ġustizzja soċjali.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 6

  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Prosit tal-analizi bhal dejjem.!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 07, 2013

    Grazzi ta' kull m'għamilt magħna! Il-ġid tiegħek Malta għad trid t

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 08, 2013

    Bnidem ta skola u integrita kbira, u ugwali l inteligenza u l ideal ta onesta li dejjem inti mexejt. Forsi mhux xi bniedem

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 09, 2013

    10-3-2013 is the first day for EP campaigning. Dr Alfred Sant thought us what the EU is all about. He i

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 09, 2013

    naqbel sa certu punt mieghek dr sant ghax Vera hemm b zomm bidla, imma tithaqx b inteligenza tan nies ghax int taf il dr gonzi Kellu l ghar legistratura ghax int taf il barra hemm maltemp kbir u ghad hemm l uniku zball li ghamel gonzi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 10, 2013

    Spartani

    Irrispondi