L-aħħar ġimgħa

  • Mar 04, 2013 11:36
  • Miktub minn

    Hawn min jgħid li l-aħħar ġimgħa hi determinanti f’kif joħroġ riżultat elettorali. Veru: dawk li jkunu għadhom bejn ħalltejn għal min se jivvotaw, ikollhom jiddeċiedu. Biss, f’din l-elezzjoni il-votanti kellhom żmien aktar mis-soltu biex jisimgħu l-messaġġi tal-partiti u jiflu l-proposti li jsirulhom. Fl-aħħar jiem, bdiet tidħol, u ma setax jiġri mod ieħor, ċerta ripetizzjoni f’li qed jintqal.

    Kollox ma’ kollox, apparti s-sentimenti li jorbtuna lkoll kemm aħna ma’ partit jew ieħor, għalija tidher ħaġa ċara mill-mod kif il-PL mexxa l-kampanja tiegħu li jistħoqqlu jirbaħ. Kellu preżentazzjoni effettiva, messaġġi li jiftehmu u fuq kollox f’Joseph Muscat, mexxej li żamm ir-ritmu ta’ ħidmietu tajjeb ħafna u baqa’ jiftaħ prospetti pożittivi f’kull inizjattiva li daħal għaliha. L-istess ma jistax jintqal għall-kampanja ta’ gonzi-pn li għalkemm reġgħet użat il-manuvri kollha ta’ kampanji preċedenti, u magħhom żiedet xi oħrajn (mhux ħafna),, donnha kienet qed tirrombla fuq iċ-ċomb.

    Problema kbira għal gonzi-pn kif dejjem għedt fl-aħħar ħames snin kienet dik li baqa’ jgħix gidba, f’gidba u b’gidba.

    Pożittiv

    Kienet deċiżjoni eċċellenti dik li l-PL jisħaq sal-aħħar fuq il-ħtieġa li jkun pożittiv – fl-attitudni tiegħu, fl-istil ta’ kif jippreżenta l-argumenti u fl-għażla ta’ suġġetti għad-diskussjoni.

    L-istess ma jistax jintqal għal gonzi-pn li ħlief jgħabbi fuq in-negattiviżmu ma deherx li jaf jagħmel. Fl-aħħar erbgħin sena, il-partiti tal-lemin fl-Ewropa u fl-Amerika speċjalizzaw fi-kampanji negattivi, li minnhom rebħu ħafna. Minnhom ukoll imma tilfu numru sabiħ, preċiżament għax il-votanti mhux argumenti goffi ta’ żeblieħ ma jaqta’ xejn li riedu, imma onestà fil-mod kif jiġu preżentati l-għażliet quddiem is-soċjetà.

    Barbiere

    Għal min ma jixtieqx jinqabad għal kollox fl-intriċċi monotoni tal-ħajja, «Il Barbiere di Siviglia» għadu xogħol li jipprovdi kuntrasti interessanti, kif erġajt sibt dan l-aħħar jien u nisma’ verżjoni tal-opra ta’ Rossini li ma kontx naf biha. Stajt naraha wkoll kieku ridt għax tinsab f’you tube. Irrekordjajtha bħala mp3 u ma ddispjaċinix: minn rappreżentazzjoni tas-sena 1999 f’La Scala, mal-orkestra ta’ dak it-teatru mmexxija minn Roberto Chailly, u b’kast mill-aqwa li nkluda lil Roberto Frontali (bħala Figaro),, Juan Diego Florez, Sonia Ganasssi u Alfonso Antoniozzi.

    L-intriċċ u t-tema kollha tal-opra ftit jitwemmnu. Ftit jixbhu l-ħajja kif nafuha tiġri llum. Imma jekk tissospendi kull ġudizzju dwar xinhi r-realtà, u jekk issegwi biss il-maġija tal-mużika u tal-ġrajja buffa li tinħema mal-mużika, issib li qed jitqanqal fik sens ta’ ottimiżmu mbissem fuq sfond ta’ kummiedja brikkuna u bla wisq malizzja.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Mar 04, 2013

    Sur Sant, li kieku mexxejt din it tip ta kampanja 5 snin ilu kont bix xieraq tkun il Prim Ministru ta Malta. Sfortunatament dejjem mexxejt kampanji negattivi u hallejt il partit li kont tmexxi int ghal zmien wisq twil fl opposizzjoni.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 05, 2013

    Sur Vella aktar nahseb li kellna Partit Nazzjonalista li jweghed u laghab loghba qarrieqa biex rebah marginalment; imbaghad ara llum xi gralu twaqqa' mill-gvern

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    SUR VELLA MELA VERU MA

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 06, 2013

    Grazzi ta kollox u nawguralek is sahha ghal futur. Ex tarznar.

    Irrispondi
  •  

Facebook