ENEMALTA

  • Fra 28, 2013 09:56
  • Miktub minn

    L-iżviluppi tal-aħħar ġimagħtejn fis-saga skandaluża dwar ix-xiri taż-żejt mill-Enemalta, għalija jsaħħu konklużjoni li wasalt għaliha mas-sittax-il sena ilu.

    Problema ewlenija fis-settur tal-enerġija ta’ pajjiżna hi li għal snin twal u sal-lum ħadd ma rriforma bis-serjetà l-istrutturi u l-modi ta’ tmexxija tal-Enemalta. Prattikament baqgħu li kienu meta l-produzzjoni u t-tqassim tal-elettriku kienu jitmexxew minn bord qishom taħt dipartiment tal-gvern. Imma fl-istess żmien, it-tkabbir enormi fid-domanda għall-enerġija, il-bidliet fit-teknoloġija, il-ħteġiet ta’ investimenti kbar ippjanati u mħaddma bil-galbu, iż-żidiet jirromblaw bla waqfien fil-prezz taż-żejt kienu jirrekjedu tmexxija moderna, flessibbli u trasparenti.

    Meta pprovajna nersqu bil-mod lejn dan bejn l-1996 u l-1998, ir-reżistenzi kienu inkredibbilment qawwija. Wara, Fenech Adami ħalla kollox kif kien ħallih qabel.

    Illum qed inbatu l-konsegwenzi. Meta fil-kumitat tal-kontijiet tal-Parlament iddiskutejna kif jinħadmu u jingħataw it-tenders kbar fl-Enemalta, kont bqajt ixxokkjat b’kemm is-sistemi amministrattivi u ta’ kontroll imħaddma kienu nżammu primittivi.

    Lezzjonijiet mill-Italja

    Ir-riżultati tal-elezzjonijiet fl-Italja juru mill-ġdid kif fit-tħaddim taż-żona ewro se jippersistu problemi strutturali kbar. Għal raġunijiet politiċi, iż-żona tfasslet b’difetti fondamentali, ta’ natura ekonomika u finanzjarja. Hi mistennija topera f’sistema globalizzata skont kriterji ta’ kapitaliżmu neo-liberali, fejn is-swieq finanzjarji mad-dinja kollha jitħalltu flimkien b’mod instantaneju. Inwaħħlu fil-politikanti tal-gvernijiet ta’ pajjiżi ewro għall-kriżijiet li nqalgħu imma l-verità hi li d-disinnn taż-żona ewro nnifsu jippermetti, anzi jinkoraġġixxi l-iżgarraturi li ġraw.

    Biex jilqgħu għall-kriżijiet, żviluppaw u qed jiżviluppaw metodi li jistgħu jirnexxu biss billi jimponu awsterità. Imma ż-żona ewro hi magħmula minn demokraziji fejn il-popli mistennija li darba kull tant, igħidu tagħhom. F’kondizzjonijiet hekk, kif jgħidu bl-Ingliż, “something’s got to give”.

    Soluzzjoni aħħarija għad-dilemmi taż-żona ewro tista’ tkun dik li titneħħa d-demokrazija fil-pajjiżi membri u tinbidel f’dittatura taħt il-kontroll assolut tal-bankiera u tal-elites politiċi li jridu Ewropa federali akkost ta’ kollox.

    OSCARS

    Meta jiġu biex jingħataw premjijiet kulturali, hemm żewġ mudelli: jew ir-rikonoxximent imur bil-kbir għal opra waħda jew inkella jinqasam fuq diversi xogħlijiet. Tal-ewwel iżid fid-drammatiċità tal-okkażjoni; tat-tieni forsi jagħmel aktar nies kuntenti imma jista’ jnaqqas l-interess tal-pubbliku in ġenerali. Fil-kuntest Malti, iż-żewġ mudelli jistgħu jkunu vijabbli għax is-suq tagħna għall-prodotti kulturali hu minimu. Mhux l-istess għall-Oscars li joħorġu minn Hollywood għall-aħjar films tas-sena fejn il-pubbliċità u d-dħul f’bejgħ ta’ biljetti għall-filmijiet li jirbħu jkunu enormi.

    Min jaf għaliex din s-sena l-ġurija tal-Oscars iddeċidiet li ssegwi t-tieni mudell u kontra l-aspetattiva, qassmet il-premjijiet tagħha fuq firxa pjuttost wiesgħa ta’ produzzjonijiet?

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Fra 28, 2013

    jiena minn dejjem emint f'dak li kont tghejd.......

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 01, 2013

    Jista jkun li l-irwiefen li kienu tqajmu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 02, 2013

    Kemm hi tan nejk din is site filli tkun qied tikteb kumment u wara li kwazi tkun lest tigi refreshed u jitlaq kollox. Mhux lewwel darba li din gratli u mhux mill pc zgur ghax fuq hawn biss taghmel hekk.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 02, 2013

    Forsi li bqajt tmexxi il pajjiz fl-1998 forsi pajjizna illum qied ferm ahjar milli hu illum. Imma int ghazilt l-ehfef triq u irrizenjajt mill gvern. Ara Gonzi avolja b'hafna aktar inkwiet serju milli kellek int xorta baqa ankrat kwazi sa l-ahhar.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 03, 2013

    Dr Sant illum nistghu nirriflettu aktar fuq l hsieb u road map li kellek ghal Pajjizna. Kont int li biddilt l-image tal-PL

    Irrispondi
  •  

Facebook