Prospetti fl-ekonomija

  • Fra 25, 2013 09:05
  • Miktub minn

    Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea bi tbassir “tax-xitwa” dwar il-prospetti ekonomiċi fil-pajjiżi Ewropej kien diżappuntanti għall-aħħar dwar Malta, forsi minħabba li tħejja lejliet elezzjoni ġenerali. Ma jitfa’ l-ebda dawl serju fuq l-andament tal-ekonomija Maltija. Jagħmel previżjonijiet kawti dwar it-tkabbir ekonomiku u jintilef f’superfiċjalitajiet dwar l-investiment, ir-rata tal-qgħad u n-nefqa tal-gvern. Ma jsemmi xejn dwar ħaġa li diġà hi magħrufa fi Brussell: din is-sena jista’ jerġa’ jinqala’ diżgwid ma’ Malta dwar il-finanzi tal-gvern, għax bħal ma dejjem jagħmel qabel elezzjoni, gonzi-pn fetaħ il-vitien tan-nefqa biex jixtri l-voti waqt li ħeba spejjeż li diġà jkunu saru. Il-prospetti li d-defiċit fil-finanzi publiċi jerġa’ jitla’ bil-kbir din is-sena hemm qiegħed, b’riżultat ta’ nefqa eċċessiva, mbierka minn gonzi-pn fl-aħħar xhur tal-ħakma tiegħu.

    …Seta’ ġara wkoll li r-riżorsi tal-Kummissjoni fit-tħejjija tar-rapport kienu dedikati b’mod sproporzjonat għal x'inhu jiġri fi Franza fejn issa qed joħroġ b’mod lampanti l-fatt li l-previżjonijiet li għamel il-gvern dwar it-tkabbir ekonomiku u dwar id-daqs tad-defiċit fil-baġit tiegħu kienu żbaljati bil-kbir.

    Naturali?

    Il-korruzzjoni hi naturali f’kull gvern immexxi f’sistema kapitalista? Staqsieni xi ħadd. Il-fatti juru li l-korruzzjoni tista’ sseħħ f’kull gvern taħt kwalunkwe sistema. F’gvernijiet li kienu jmexxu l-ekonomija kollha skont pjani ċentralizzati sa ħamsa u għoxrin sena ilu, il-korruzzjoni kienet endemika. U matul is-sekli, żgur minn żmien il-Fargħuni, ir-Rumani u taħt il-fewdalità, ġew reġistrati każi mifruxa ta’ korruzzjoni.

    Li jrid jintqal ukoll hu li l-korruzzjoni mhix limitata għas-settur pubbliku. Fl-aħħar snin, bqajt sorpriż bin-numru ta’ każi li smajt dwarhom fis-settur privat, fejn id-direzzjoni ta’ kumpanija jew oħra kellha tkeċċi impjegati għolja, l-aktar fl-oqsma tal-bejgħ u x-xiri. Instab li kienu qed jixxaħmu meta jiddeċiedu kif se jpoġġu ordnijiet għall-kumpanija. Jidher ukoll li fis-settur privat, il-livell ta’ serq u taħwid f’saffi differenti tat-tmexxija hu wisq ogħla milli nimmaġinaw.

    Billboards

    F’din il-kampanja elettorali twila twila, il-billboards taż-żewġ naħat kellhom għall-bidu ċerta friskizza li ġġib tbissima. Imbagħad saru ftit monotoni fl-isforz li kien qed isir biex jiġu spjegati l-proposti tal-partiti. Issa, fl-aħħar fażi tal-kampanja, l-lanja tal-billboards reġgħet irrankat. Hemm uħud minnhom li veru, jitkellmu dwar proposti għall-futur u oħrajn li juru appoġġ personali għal linja politika; imma l-aktar li jagħtu fil-għajn huma dawk il-billboards li qed jirnexxilhom iqanqlu argument wiesgħa b’ċerta vivaċità: f’dan, il-billboards tal-PL baqgħu pjuttost friski, ta’ gonzi-pn saru aċidolużi, biex ma ngħidx malizzjużi. Imma kif tistenna mod ieħor?

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Fra 28, 2013

    Happy birthday u grazzi ta kollox.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Fra 28, 2013

    AWGURI U SAHHA PROSET TA KOLLOX U KUL MA GHAMILT GRAZZI TA HIDMITEK LEJN MALTA U DEJJEM KONT ONEST U MA HARIST LEJN KULLURI.

    Irrispondi
  •  

Facebook