Quċċata tal-ajsberg

  • Fra 21, 2013 09:40
  • Miktub minn

    Uħud skantaw bil-kwistjoni tal-korruzzjoni fix-xiri taż-żejt mill-Enemalta – qishom qatt ma ħolmu li ħaġa bħal din setgħet isseħħ. Oħrajn qalu li kull ma qed nisimgħu mhu xejn ħlief il-quċċata ta’ ajsberg fejn ħafna u ħafna maniġġi u taħwid għadhom jinsatru taħt il-muntanja tgħum fl-ilma.

    Jien wieħed minn tal-aħħar. Għal snin twal, tħallew jiġru wisq konflitti ta’ interess, okkażjonijiet ta’ ħala, koinċidenzi inkredibbli fl-għoti ta’ kuntratti, nuqqasijiet ta’ trasparenza ta’ kull tip, kompjaċenzi fil-modi kif jinħakku dahar dak u dahar l-ieħor biex ma jkunx hemm il-korruzzjoni għaddejja.

    Fl-imgħoddi, kienu jgħajruni li qed ngħaġġibha. Illum nemmen li ma kontx qed nifhem kemm tassew il-korruzzjoni kienet mifruxa. Mhux ta’ b’xejn sibt min qalli li l-għajta ta’ zero tolerance dwar korruzzjoni tbeżża’.

    Kont ikkonkludejt li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni ma tqanqalx wisq lill-Maltin. Forsi dil-ħaġa qed tinbidel. Fl-aħħar snin, aktar ċittadini fehmu li l-korruzzjoni żżid l-ineffiċjenzi, tkabbar il-piżijiet fuq il-familji u tippermetti li klikek privileġġjati jiffangaw.

    Kemm inwettqu

    Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat hekk imsejħa “scoreboard” fejn turi kemm il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qed idaħħlu fil-liġijiet nazzjonali d-direttivi Ewropej meta dawn jinħarġu minn Brussell. Skont ir-rapport, Malta tinsab fost ta’ quddiem f’kif u f’kemm iddaħħal filwaqt id-direttivi Ewropej.

    Fiha nnifisha din hi ħaġa tajba. Li nibża’ madankollu hu li bil-mod kif jiddaħħlu d-direttivi Ewropej fostna, dawn qed jibqgħu fuq il-karta. Is-sistema hi li huma jiġu nkwadrati f’liġijiet Maltin li kull ma jgħidu hu li d-dettalji tal-miżuri li jattwaw se jkunu pubblikati f’ordnijiet legali separati. Il-kontenut tad-direttivi Ewropej mbagħad jiddaħħlu per mezz tal-ordnijiet legali, ħafna drabi bla ma ħadd jinduna jew jagħti kas.

    Mill-Vatikan

    Id-deni elettorali mhux f’Malta u l-Italja biss tiela’, imma wkoll fil-Vatikan. Saru sforzi biex l-elezzjoni tal-Papa li jmiss issir malajr kemm jista’ jkun, qabel jilħaq l-Għid. L-ispekulazzjoni fil-midja internazzjonali dwar liema kardinal jitqies bħala l-aktar papabbli bdiet tfur. Daħlu fin-nofs anki l-kumpaniji li jorganizzaw in-negozji tal-imħatri.

    Minkejja li tkun akkanita ħafna, it-tellieqa għal min isir Papa tintlagħab skont regoli kompletament differenti minn elezzjonijiet ġenerali jew presidenzjali, u dan mhux biss għax isseħħ fost kulleġġ ta’ eletturi limitat fin-numru għalkemm b’rappreżentanza fih mid-dinja kollha. Xi ħadd li jifhem f’dan il-proċess qalli li fattur uniku din id-darba se jkun ġej mill-punt li qabel ma ssir l-elezzjoni tal-Papa l-ġdid, mhux se jkun hemm funeral ta’ Papa li għadu kemm miet – okkażjoni li kienet isservi għall-aqwa “canvassing” fost il-kardinali eletturi.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0