Twila wisq

  • Fra 18, 2013 15:08
  • Miktub minn

    Ħafna jikkummentaw kif il-kampanja elettorali li ninsabu fiha ġiet twila wisq. Ċara li gonzi-pn għamilha hekk bit-tama li jkollu aktar ċans iħaddem il-“power of incumbency” ħalli jinfluwenza l-voti. Dan l-isforz bħalissa jinsab għaddej bil-goff.

    Fil-kalkolu li għamel gonzi-pn, imkien ma daħħal l-interess nazzjonali… kif ġara fl-aħħar ħames snin, meta minkejja l-istqarrijiet ta’ qdusija li nisimgħu, il-kalkolu dejjem kien ta’ x’jaqbel lil gonzi-pn. Kieku ma kienx hekk, kieku din l-elezzjoni ssejħet ħafna aktar qabel, biex il-pajjiż jevita ż-żmien imtawwal ta’ inċertezza li għadda minnu.

    Sadattant, deċiżjonijiet dwar investimenti u modernizzar meħtieġa biex jissalvagwardjaw u joħolqu l-impjiegi – li jgħidulna, huma tant għal qalb gonzi-pn – baqgħu jistennew.

    …Sinjal ieħor li l-kampanja hi twila wisq ingħata mis-“suċċess” li kiseb il-Partit tal-Ajkla bil-mass meeting li organizza f’Ħaż-Żabbar.

    Fl-Italja

    L-elezzjoni Taljana se ssir dil-ġimgħa. Ix-xellug qed isostni maġġoranza relattiva stabbli, għalkemm fuq livell ftit aktar baxx milli beda bih. Il-kamp ta’ Berlusconi qed jipprova jikkonsolida minoranza relattiva qawwija biżżejjed biex iżżommu fost il-forzi politiċi ewlenin. Il-kamp tal-Prim Ministru Monti, li jitqies bħala taċ-ċentru, ma rreġistrax l-impatt li kien mistenni minnu; xorta qed jittama li jkun indispensabbli għall-iggvernar tal-Italja.

    Internazzjonalment, jitqajmu mistoqsijiet dwar kemm l-Italja se tkun tista’ tiġi ggvernata tajjeb wara li joħorġu r-riżultati tal-elezzjoni. Id-dubji huma dwar jekk il-pajjiż hux se jibqa’ jsegwi l-politika ta’ ristrutturar u awsterità li tellaq Monti. Niddubita kemm dan jinsab fost il-prioritajiet tal-familji Taljani, li x’aktarx jixtiequ gvern li jtellaq l-ekonomija ’l quddiem fil-perspettiva ta’ aktar impjiegi u anqas tnaqqir tal-istat soċjali.

    Indimonjati

    Qrajt verżjonijiet ta’ “L-Indimonjati u Maltin oħra” waqt li d-dramm kien qed jinkiteb. Miktub bi briju li minnufih jingħaraf bħala ta’ Bertu Marshall, “L-Indimonjati” jiggwidana matul ġrajjiet magħrufa jew le, miftakra jew le, tal-istorja politika Maltija riċenti biex iwassalna għal dehra ta’ pajjiżna llum. Narawh maqbud f’tensjonijiet bejn infantiliżmu sagramentali u l-makakkerija superfiċjali li tagħġen lil kull bniedem u kull soċjeta, ftit wara żmien il-pubertà. Bla dubju t-talent ta’ Bertu Marshall fid-direzzjoni għall-palk sejra tqabbad, fost l-udjenza, furji liema bħalhom f’uħud mix-xeni li kif miktuba, diġa huma furjużi. L-element satiriku, ippreżentat ukoll f’ċerti mumenti b’mod allegoriku, joħloq immedjatezza li tmur lil hinn minn referenzi litterali għal inċidenti li kienu qed jagħmlu l-aħbarijiet ta’ ftit ġimgħat ilu. Jekk fhimt tajjeb, fost l-allużjonijiet usa’ hemm anki waħda għar-rock opera Ġensna.

    …Min imur jara d-dramm se jkollu fuq hiex iħammem wara li jkun daħaq.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook