PREKARJI

  • Fra 14, 2013 15:24
  • Miktub minn

    L-istorja ta’ x’intqal u ma ntqalx f’laqgħa bejn mexxejja tal-GWU u imprenditur privat inħarġet minn gonzi-pn biex mingħalihom jimbarazzaw lill-unjin. Riżultat ta’ din il-manuvra madankollu kien li tpoġġa serċlajt meħtieġ fuq il-qagħda tal-ħaddiema b’kondizzjonijiet prekarji. F’kampanja elettorali dawn jaħbtu jintesew għax l-interess dejjem ikun aktar fuq il-klassi “medja”.

    Il-GWU dejjem kienet minn ta’ quddiem fid-difiża tal-ħaddiema b’kondizzjonijiet prekarji. Veru li għandha interess vestit filli tiġġieled kontra din l-esplojtazzjoni għax tnaqqas mis-saħħa tal-ħaddiema organizzati ħalli jiddefendu l-interessi tagħhom. Biss, mhux il-unjins kollha għażlu li jattakkaw frontalment il-prekarjat. Hu fenomenu tal-mistħija f’Malta u kull fejn jiġri. Ikompli jsaħħaħ il-qasma fis-soċjetà bejn dawk li sejrin tajjeb ħafna u dawk li jinżammu taħt nett. Imur kontra kull idea ta’ ġustizzja soċjali.

    Matul is-snin smajt ħafna joħorġu kontra l-impjiegi prekarji bil-kliem. Il-GWU dejjem ħarġet kontrih bil-fatti ta’ ħidma konkreta.

    LAĦAM

    Laħam taż-żiemel mibjugħ fi prodotti taċ-ċanga qajjem kontroversja kbira fl-Ewropa: bir-raġun.

    Is-supermarkets il-kbar qed jagħmlu pressjoni kbira fuq il-kumpaniji li jfornuhom bl-ikel biex ma jgħollux il-prezzijiet. Il-prezz taċ-ċanga tiela’ sew. L-esiġenza ħalli l-prezzijiet ma jintmessux, imxiet matul il-katina tal-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam. Beda jintuża l-laħam taż-żiemel li baqa’ “rħis” minflok iċ-ċanga.

    Stqarrija tal-gvern Franċiż turi kemm hi komplikata din il-katina ta’ produzzjoni. Il-grupp Findus li jbiegħ prodotti taċ-ċanga ffriżati hu bbażat fl-Isvezja; jipproduċi ikliet tiegħu permezz ta’ kuntrattur irreġistrat fi Franza, f’fabrika fil-Lussemburgu, propjetà ta’ kumpanija Franċiża oħra. Din iġġib il-fornituri tagħha ta’ materja prima minn kumpanija Franċiża differenti, li tixtri l-laħam mingħand negozjant Ċiprijott. Min-naħa tiegħu, dan ikkuntratta ma’ negozjant Olandiż li pprovdieh b’laħam minn biċċerija u fabrika tal-ippakkjar fir-Rumanija.

    Fil-ħidma biex jinstab l-irħas akkost ta’ kollox, l-affarijiet mhux dejjem isiru sew. (Personalment il-laħam taż-żiemel jogħġobni!),

    ABDIKAR

    Il-Papa Nikola IV miet fl-4 ta’ April 1292. Biex jintgħażel Papa ġdid kellhom jgħaddu sentejn. L-Ewropa kienet maħkuma minn ġlied bejn slaten jikkompetu għad-dinjitajiet u l-artijiet ta’ xulxin. Dan wassal għal diżgwid kbir bejn prelati li kollha kellhom il-“protettur” tagħhom.

    F’nofs is-sena 1294, is-sultan Karlu II ta’ Sqallija ġiegħel lill-konklav jagħżel lil Pietru ta’ Morone, eremita b’fama ta’ qaddis kbir. Sar papa bl-isem ta’ Ċelestin V. Ma kien jifhem xejn fl-intriċċi politiċi dejjem għaddejja. Beda jagħmel kull ħaġa li kien jikkmandah jagħmel ir-re Karlu.

    Fl-aħħar ma setax jiflaħ aktar għat-tensjonijiet li kellu jiffaċċja. F’Diċembru 1294, abdika minn Papa. L-għada, il-konklav tal-Kardinali eleġġa lill-kardinal Caetani, li sar Papa bl-isem ta’ Bonifaċju VIII.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Fra 15, 2013

    Il-kontroversja li qamet fuq prodotti ikkontaminati bil-laham taz-ziemel hija bbazata fuq zewg binarji. L-ewwel li l-konsumatur gie ttradut jahseb li qed jiehu prodott li fih hemm laham tac-canga met

    Irrispondi
  •  

Facebook