Ċifri

  • Fra 11, 2013 17:01
  • Miktub minn

    Trid tieħu b’niskata melħ, iċ-ċifri “meraviljużi” li bandal il-Prim Ministru dwar miljuni ta’ ewro allokati għal Malta fil-baġit ta’ seba’ snin għall-Unjoni Ewropea. Iċ-ċifra globali li ssemmiet għal Malta – ta’ 1.128 biljun ewro fuq seba’ snin – tammonta għal medja ta’ 161 miljun ewro fis-sena. Biex teħodhom, Malta trid l-ewwel tippreżenta proġetti u attwalment tonfoq fuqhom skont il-proċeduri tal-Unjoni Ewropea.

    Veru li fl-aħħar baġit, Malta rnexxielha tiġi minn ta’ quddiem bi pjan tagħha lest ta’ nefqa. Imbagħad waqajna lura sew meta ġejna biex nonfqu l-flus: ilħaqna nfaqna anqas minn 40 fil-mija. Jekk nassumu li għas-snin li ġejjin talanqas nilħqu dan il-persentaġġ fl-użu tal-fondi, mela l-flejjes attwalment deħlin se jlaħħqu mal-64.4 miljun ewro fis-sena.

    Issa, diġà kull sena mill-baġit tal-gvern qed inħallsu aktar minn 60 miljun ewro direttament fil-baġit tal-Unjoni bħala l-miżata tagħna. Il-gvern qed jistma li din se titla’ għal medja ta’ aktar minn 70 miljun ewro fis-sena. Ftit trid tkun imgħallem fl-aritmetika biex tifhem li bħal fl-aħħar snin, x’aktarx li Malta se tispiċċa toħroġ aktar milli ddaħħal.

    Biex Tassorbi

    Il-problema li qed insemmu, se jkun hemm min jgħid, issolviha billi Malta tiżgura li tonfoq il-flus allokati fil-ħin. Faċli tgħidha, diffiċli twettaqha, u mhux għalina biss.

    Fil-każ ta’ Malta il-problema hi li dak li jissejjaħ l-“absorptive capacity” tal-ekonomija – il-ħila li din tassorbi fondi ta’ proġetti b’mod produttiv: baqgħet baxxa. Biżżejjed inqisu l-proġetti li jdumu ma jibdew jew jitlestew; jew li jsiru ħażin...

    Kollu tort, ngħid jien, tal-fatt li l-investimenti fl-ekonomija tagħna tħallew jaqgħu għal rata baxxa wisq; u li s-sistemi ta’ tmexxija fil-gvern u barra minnu ma mmodernizzawx tassew.

    Dottorati

    Għat-tieni darba, ministru fil-gvern ta’ Merkel kellha tirriżenja wara li nstab li partijiet mit-teżi ta’ dottorat tagħha kienu kkopjati mix-xogħol ta’ ħaddieħor, bla ma ngħataw ir-riferenzi meħtieġa dwar minn fejn inġabu. Il-ministru Annette Schavan, responsabbli mill-edukazzjoni, kienet mtiqiesa bħala kompetenti f’xogħolha. It-teżi tagħha kitbitha xi tletin sena ilu.

    Fil-Ġermanja l-lawrji universitarji huma mitqiesa bl-akbar rispett u teżisti pressjoni qawwija biex “kulħadd” jakkwista dottorat f’xi ħin jew ieħor ta’ ħajtu. Imma qam anki fost l-akkademiċi l-argument li f’dal-każ, marru ’l bogħod wisq!

    Kulħadd bil-kultura tiegħu... Hawn Malta, jidher li fil-qasam politiku daqs kemm f’dak akkademiku, li tikkopja hu mitqies bħala dnub venjali: fl-università jaħfrulek dan id-dnub talanqas darbtejn; waqt li bħalissa ż-żewġ partiti qed jixlu lil xulxin li kkopjaw il-proposti elettorali ta’ xulxin.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook