Fondi Ewropej

  • Fra 07, 2013 09:28
  • Miktub minn

    Din il-ġimgħa se jkompli jiltaqa’ l-Kunsill Ewropew, magħmul mill-kapijiet tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex forsi jiftehmu fuq il-baġit tal-Unjoni għas-snin li ġejjin. In-negozjati ilhom għaddejja żmien twil, b’tensjoni kbira bejn dawk li jridu jnaqqsu mill-ispiża u dawk li jridu jsostnuha. Jiġifieri bejn dawk li jdaħħlu anqas milli joħorġu f’fondi Ewropej, u dawk li jdaħħlu aktar milli joħorġu. Fuq il-karta Malta kellha tkun fit-tieni kategorija. Peress li ma użatx il-fondi li ngħatawlha, spiċċat f’tal-ewwel.

    Jekk jitħaddmu r-regoli li Malta aċċettat meta dħalna membri fl-Unjoni, suppost li anki fuq il-karta issa rridu nidħlu mal-pajjiżi li jibagħtu aktar fondi lejn Bruxelles milli jdaħħlu. Il-gvern ta’ gonzi-pn bl-appoġġ tal-Oppożizzjoni Laburista nnegozja għal kumpens ħalli dan ma jiġrix.

    Li ma ssemmiex sa issa hu li dan effettivament jammonta għal rinigozjar tat-Trattat li bih dħalna membri tal-Unjoni Ewropea, fejn tniżżel kif għandhom isiru l-kontribuzzjonijiet minn Malta u lilha. Biss, fid-diskussjonijiet dwar il-baġit tat-tul fl-Unjoni Ewropea, il-membri kollha spiċċaw jirrinigozjaw dak li ftehmu fuqhom bħala r-regoli tas-sħubija!

    Sal-aħħar

    L-ipokreżija ta’ gonzi-pn se tibqa’ għaddejja sal-aħħar. Il-klikka politika li ilha fil-poter għall-aħħar ħamsa u għoxrin sena dejjem kellha negozjanti kbar u żgħar qrib ħafna tagħha. Rat kif taġevolahom bil-mezzi kollha.

    Kienet u għadha sistema li tat lok għall-ineffiċjenzi, bażużlar, korruzzjoni u inġustizzji. Fl-indiċi ta’ Transparency International, Malta baqgħet issostni l-perċezzjoni dwarha li kienet pajjiż mill-korrotti.

    Illum Dottor Gonzi jitkaża għax il-PL jiltaqa’ u jiddiskuti fost oħrajn, man-nies tan-negozju. Bħallikieku partit politiku f’demokrazija mhux qiegħed hemm biex jitkellem man-nies kollha. Hu u sħabu bilfors iridu li jkunu huma biss li jitkellmu mal-qasam tan-negozju ħalli jkomplu jagħmlu hekk biss mal-benjamini tagħhom.

    Rikardu t-Tielet

    Aħbar interressanti kienet dik tas-sejba tal-iskeletru tas-sultan Rikardu t-Tielet tal-Ingilterra li nafuh l-aktar minn dramm ta’ Shakespeare. Imma matul is-sekli, baqgħu għaddejja l-kontroversji dwaru: jekk kienx mostru fiżikament u moralment, jew bniedem li wara li tilef gwerra ċivili, ir-rebbieħa xerrdu dwaru kull kalunnja; jekk tassew assassinax liż-żewġ prinċpijiet neputijiet tiegħu biex jaħtaf it-tron...

    Dwar hekk, inkitbu artikli u kotba – min jgħid ħaġa, min il-maqlub. Parti mill-problema kienet li l-fdalijiet tas-sultan kienu ntilfu. Issa li nstabu, x’aktarx li jinħallu trufijiet imħabbla tal-misterju li Rikardu ħalla warajh – bħal jekk kellux kondizzjoni medika li kienet iġġagħlu jwettaq azzjonijiet irrazzjonali u vendikattivi li swewlu qares. Anki Shakespeare donnu kien irid idaħħal din il-fehma fil-karattru kumpless li ħoloq mis-sultan.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0