Aktar dwar korruzzjoni

  • Fra 04, 2013 12:01
  • Miktub minn

    F’kummenti li ta żmien ilu fuq abbozz ta’ liġi dwar dawk li jkunu lesti li jsaffru s-suffara kontra l-korruzzjoni (“whistleblowers”),, il-Prim Ministru Gonzi kien qal li l-liġi m’għandhiex tipproteġi lil min ikun gawda mill-korruzzjoni u wara jiġi jirraporta dwar hekk.

    Minn dejjem qiest li din kienet attitudni storta.

    L-aqwa kolla li żżomm il-korrotti flimkien hi l-omertà. L-aqwa mod kif tkisser din l-omertà hu billi ddaħħal fost il-korrotti sens ta’ sfiduċja bejniethom. Biex tilħaq l-aqwa ġid – dak li trażżan il-korruzzjoni – trid taċċetta li tħaddem l-għodda kollha li biha tista’ timmina l-omertà, akkost li jkollok tħallas prezz: veru, parti mill-ġgajta tal-korrotti se tispiċċa teħlisha ħafif (xorta jkollha tagħti lura dak li tkun serqet),.

    B’dahru mal-ħajt f’nofs kampanja elettorali, il-Prim Ministru Gonzi offra amnistija lil min jikxef kollox dwar il-korruzzjoni fix-xiri taż-żejt... Inkonsistenza? Opportuniżmu?

    ...Jien nitbissem naqra ġurnalisti u kummentaturi jgħidulna kif qed naraw biss il-quċċata tal-ajsberg. Mur obsor: l-istess nies iddieħku u akkużawna bi tfiegħ tat-tajn, kull meta sena wara l-oħra wissejna dwar din il-biċċa.

    Minn Spanja

    Sadattant, il-Prim Ministru Rajoy f’Madrid qed jiffaċċja kriżi oħra kbira – mhux dwar id-djun tal-gvern jew il-moviment separatista: dwar akkużi qawwija rigward fondi miġbura llegalment mill-partit lemini ta’ Rajoy u mqassma fost mexxejja tal-partit. “El Pais” ilbieraħ ippubblika d-dokumentazzjoni bid-dettalji. Rajoy saħaq li ma sar xejn ħażin imma ftit qed jitwemmen.

    Storja oħra din li tfakkarni kif fl-aħħar tmintax-il sena, il-PN/gonzi-pn baqgħu jirrifjutaw li javvanzaw b’mod serju fuq il-kwistjoni ta’ kif jiġu ffinanzjati l-partiti politiċi. L-aqwa skoll dejjem kien ir-rifjut tal-lemin f’pajjiżna biex donazzjonaijiet politiċi ta’ aktar minn ċertu ammont jsiru bi trasparenza – u min jagħtihom, ikun magħruf. L-ammont li nsistew fuqu biex tiskatta t-trasparenza fl-għotjiet finanzjarji tant kien ridikolment għoli, li l-miżura kienet titlef kull sens ta’ sorvelja u kontabilità politika.

    Eurovision

    Jien li ma tantx insegwi l-kamp tal-mużika popolari xorta bqajt mistagħġeb bl-akkużi li faru wara li nżammet fi tmiem il-ġimgħa l-kompetizzjoni għal min se jirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision. Apparti mill-punt li ftit hawn pajjiżi li għadhom jagħtu importanza lill-Eurovision daqs kemm nagħtuh aħna l-Maltin, l-akkużi kienu fis-sens li l-wirja kollha ġiet manipulata b’mod ħalli jintlaħaq ir-riżultat li ntlaħaq, u dan għal skopijiet ta’ politika partiġġjana f’nofs kampanja ta’ elezzjoni ġenerali. Kieku kont parti mill-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment annwali fil-kalendarju Malti, kont ninsisti li għandu jingħata rendikont ċar ta’ dak kollu li ġara.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Fra 04, 2013

    PROSIT!!! Ftit ferm huma dawk li lesti jaghmlu bhalek...hafna baqghu jaghzlu li jibqghu jghixu f'mentalita` post-kolonjali u jbaxxu rashom lejn l-art...sfortunatament.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Fra 07, 2013

    Inti tahseb li Gianluca xi pulcinell jew opportunist ta xi partit ghalli jista jkun? Jien nahseb li ha jaghmel success aktar milli ghamilt int fi 22 xahar li pruvajt tmexxi lil Malta ghax

    Irrispondi
  •  

Facebook