Tħarbix mhux kalkoli

  • Jan 31, 2013 13:39
  • Miktub minn

    Gonzi-pn għandu l-wiċċ jgħajjar lil ħaddieħor bil-“gimmicks”! Il-ftaħira li żanżan din il-ġimgħa kienet li sar l-ewwel partit politiku f’Malta li ppubblika qafas finanzjarju sħiħ u li jmur lil hinn fis-snin għall-proposti kollha li qed jagħmel fil-manifest elettorali tiegħu. Wieħed jistaqsi fejn inħmew iċ-ċifri, jekk hux fil-kwartier ġenerali tal-partit jew f’xi ċenaklu riżervat għall-ministru tal-finanzi fl-uffiċċji tiegħu fil-ministeru.

    Bħal ħafna mit-tbassir li ħareġ miċ-ċenaklu fl-aħħar snin, il-kalkoli li saru ma jreġux. La fit-tbassir li jagħmlu dwar it-tkabbir tal-ekonomija; la fil-proġettazzjoni tal-ispiża rikorrenti; u lanqas f’dik tal-ispiża kapitali. Minkejja l-ftaħir kollu li nisimgħu, gonzi-pn “naqqas” id-deficit li bena hu stess biex jonfoq bl-addoċċ għall-aħħar elezzjoni (tal-2008),, billi naqqas fin-nefqa kapitali, jiġifieri fl-investiment. Sadattant, ħalla l-ispiża rikorrenti titla’, ġieli bla rażan. Jekk tagħrbel sew iċ-ċifri ppubblikati minn gonzi-pn għall-“costings” tal-proposti li tħabbru minnu, issib li dawn baqgħu jirriflettu l-istess mentalità. Ħaġa li trendihom mhux kalkoli, imma tħarbix.

    F’Madrid

    L-għaqda tat-trejd unjins Ewropej l-ETUC kkommemorat l-40 anniversarju mit-twaqqif tagħha b’laqgħa f’Madrid. Għaliha attenda fost l-oħrajn il-kummissarju Ewropew Olli Rehn li hu responsabbli wkoll mill-programmi ta’ “tisħiħ” finanzjarju tal-pajjiżi tal-ewro li għandhom problemi kbar ta’ djun.

    Qam kif mistenni dibattitu miegħu dwar l-effetti tal-politika ta’ awsterità fuq il-ħaddiema u n-nies qgħeda. Ir-rappreżentanti tal-unjins mill-Ewropa kienu unanimi fil-kritika qawwija tagħhom tal-effetti anti-soċjali li qed iġġib magħha l-awsterità. Wissew li dawn l-effetti se jkomplu joħolqu problemi tat-tul. Rehn argumenta li mhux l-awsterità taħti għal xinhu jiġri, imma l-politika finanzjarja żbaljata tal-pajjiżi konċernati li nżammet għal snin twal.

    Madankollu jidhirli li Rehn ma kellux tweġiba tajba għal akkuża li saritlu, dik li matul il-kriżi finanzjarja u fi x’qed isir biex tinħall, il-bankiera baqgħu jiġu trattati ħafna aħjar mill-ħaddiema.

    Ilsna

    Jien li dejjem għoġobni l-istudju tal-lingwi, sibtha tassew interessanti aħbar li ħarġet din il-ġimgħa mill-Kummissjoni Ewropea. Tat ir-riżultat ta’ kompetizzjoni ta’ traduzzjoni minn ilsien għal ilsien li saret fost l-istudenti sekondarji tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Fiha, kull pajjiż ikollu student/a ippremjat/a fuq xogħol ta’ traduzzjoni ta’ test twil daqs paġna, li dis-sena ntrabat mat-tema ta’ kif it-tħaddim ta’ lingwi differenti jgħin fit-tkabbir ta’ kuntatti bejn il-ġenerazzjonijiet. Ir-rebbieħa minn Malta kienet studenta mill-G F Abela Junior College, Janice Valentina Bonnici. Hi u r-rebbieħa l-oħra jixirqilhom prosit. L-aħbar fakkritni fiż-żmien meta kelli l-ambizzjoni nitgħallem għadd sħiħ (ma nsemmix kemm), ta’ ilsna Ewropej u oħrajn, imma b’xorti ħażina bqajt lura wisq milli nilħaq dak il-għan.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook