Inkredibbli

  • Jan 17, 2013 11:41
  • Miktub minn

    Inkredibbli t-tostaġni li biha gonzi-pn “qabbdu” l-Enemalta biex tagħmel “studju” fuq il-proposta għall-enerġija tal-PL u minnufih użawh bħala parti integrali mill-kampanja elettorali tagħhom. Kull qies li bih suppost tinżamm distanza bejn partit u gvern, speċjalment waqt kampanja elettorali, twaddab il-baħar bl-aktar mod sfaċċat. Rari ntwera daqshekk ċar kemm gonzi-pn lest juża l-“power of incumbency” bla ebda skruplu. Mhux ta’ b’xejn li fuq dan is-suġġett, dawk l-erwieħ tajba li kienu jinnegaw li l-“power of incumbency” titħaddem, issa qed iżommu ħalqhom magħluq.

    Inkredibbli wkoll il-ħeffa li biha d-ditta KPMG lestiet l-“istudju” tagħha. Ma jidher li għamlet l-ebda evalwazzjoni kritika tal-assunzjonijiet li fuqhom ħadmet biex tifli l-proġett tal-PL. Wisq anqas jidher li għamlet xi forma ta’ “sensitivity analysis” kemm tal-assunzjonijiet u kemm tal-konklużjonijiet tekniċi tagħha.

    L-Ewro

    Dwar l-ewro fl-aħħar ġimgħat inżamm front ta’ ottimiżmu. Biss, ċerti aċċenni li baqgħu jsiru jirrekjedu attenzjoni. L-ottimiżmu hu parzjalment ġustifikat għax l-ewro seta’ jinsab f’qagħda ħafna agħar milli hu fiha llum. Imma fost punti ta’ tħassib hemm li:

    ...Qed jintqal kif se tkun ħaġa iebsa biex Ċipru jingħata “bail-out” peress li għadu jseħħ wisq ħasil tal-flus minn hemm, u għax id-dejn nazzjonali bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku se jitla’ għal livell għoli wisq...

    ...Qed iqum inkwiet ġdid fil-Portugall dwar l-effetti jirrankaw tal-politika ta’ awsterità...

    ...Qed jintqal li s-suċċess li ġie proklamat dwar il-miżuri li ħadet l-Irlanda biex issewwi l-finanzi tagħha mhux kbir daqskemm tħabbar; biss kien hemm bżonn li s-suċċess jiġi minfuħ, ħalli l-kanċellier Merkel tkun tista’ tiftaħar li l-awsterità fl-aħħar bdiet tagħti riżultati tajba...

    ...Anki fonti li s-soltu ssibhom pro-Ewropej ferventi qed jesprimu xettiċiżmu kbir dwar il-futur tal-Greċja...

    Liema?

    Wara li qara xi ktibt fuq il-film Skyfall it-Tnejn li għaddew, ħabib qalli: Fi żmien meta l-partiti politiċi qed jimmiraw l-aktar għall-voti tas-saffi b’età żagħżugħa, in-negozji tad-divertiment qed jimmiraw aktar lejn is-saffi pjuttost anzjani. Għalih, din hi kwistjoni ta’ marketing: trid tagħżel fejn tista’ tagħmel l-aħjar bejgħ. Min hu l-aktar intiż fil-marketing, il-politiċi jew l-impriżi tad-divertiment?

    L-argument jista’ jinqaleb ta’ taħt fuq. Iċ-ċinema hi industrija matura. M’għadhiex daqstant parti mill-pakkett ta’ divertiment li jfittxu ż-żgħażagħ. Ma tinteressahomx bħal qabel. Mentri s-saffi ta’ età ixjeħ għadhom jiddelettaw biċ-ċinema – jew jistgħu jerġgħu jitħajru jsegwu l-films. Għalhekk, għandhom jitqiesu bħala s-suq naturali f’dal-qasam.

    Forsi mhux iż-żgħażagħ kollha jaqblu li għax iċ-ċinema hi industrija matura, ma tinteressax daqstant liż-żgħażagħ.

    www.alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0