Enerġija

  • Jan 13, 2013 12:22
  • Miktub minn

    Kien hemm min – ma nafx għaliex – stagħġeb li l-politika dwar l-enerġija ħakmet l-ewwel ġranet tal-kampanja elettorali. Barra mill-preżentazzjoni professjonali li l-PL wettaq tal-proposti tiegħu, dan hu qasam li ilu jiġi trattat b’negliġenza u nuqqas ta’ għaqal minn gvernijiet Nazzjonalisti. Bejn l-1996 u l-1998, ipprovajna nibdlu r-rotta. Wara, Fenech Adami u Gonzi baqqgħu jittratjenu, jieħdu deċiżjonijiet tardivi u żbaljati, hekk li l-problemi komplew jakkumulaw. Fl-2007, bħala Oppożizzjoni, konna ngħatajna “briefing” dwar il-qagħda tal-Enemalta li wera kif diġà, politika serja fl-enerġija kellha tingħata l-aqwa priorità. Xorta waħda, gonzi-pn baqa’ jehda billi joqgħod jillapazza, barra mill-iskandli lampanti fit-tmexxija tas-settur. Illum, l-urġenza ma tistax tinħeba aktar.

    Dan barra mill-problemi li qed jinġemgħu għal pajjiżna bil-miri li l-Unjoni Ewropea poġġiet fuqna biex nilħqu l-livelli Ewropej dwar bidla lejn enerġija “nadifa”. Il-miri jgħoddu għal pajjiżi kontinentali ta’ ċertu daqs u mhux għal gżira taċ-ċokon ta’ Malta.

    Gideb

    Gonzi-pn se jibqa’ sal-aħħar jgħix gidba, f’gidba, b’gidba. Ma nħobbx inqanqal l-istorja politika tal-aħħar snin, imma meta Dottor Gonzi jigdeb dwar x’ġara bejn l-1996 u l-1998, “for the record” ta’ min wieħed jgħid dan:

    Il-gvern ta’ Fenech Adami tal-1992-1996, ħalla warajh diżastru finanzjarju. It-tneħħija tal-VAT minn gvern Laburista saret kontra x-xewqa tan-negozjanti l-kbar, veru, imma tat nifs ġdid lis-self employed iż-żgħar, lill-fabriki tas-suq lokali u lit-turiżmu. Dawn bdew jirpiljaw – sakemm inqala’ l-frakass tal-Parlament fl-1998. Konna tellaqna riformi fil-politika turistika u industrijali, fl-Enemalta, fl-Air Malta, fit-tarznari u f’Għawdex, fost oħrajn, biex jassiguraw li fis-snin ta’ wara dawn is-setturi jiżviluppaw mhux jogħtru. Il-gvern ta’ Fenech Adami wara l-1998 abbanduna dawn il-miri kollha biex minflok jikkonċentra fuq li akkost ta’ kollox idaħħal lil Malta fl-UE.

    Skyfall

    L-aħħar film ta’ James Bond qed jagħmel suċċess fenomenali fl-Ewropa. Għandu xeni ta’ avventura u vjolenza qawwija u eċitanti. Skantajt li l-protagonisti mhumiex żgħażagħ, imma pjuttost anzjani, bħal Bond innifsu (Daniel Craig), jew M (Judie Dench),. Ma jidhrux it-tfajliet provokattivi li s-soltu kienu pern essenzjali tal-“franchise” ta’ James Bond. Minflok, l-intriċċ hu dominat minn taqtigħa bejn nies li waslu fi tmiem il-karriera tagħhom. Mingħalija li l-marketing modern sar preokkupat l-aktar minn x’iridu ż-żgħażagħ. Wieħed jiftakar imbagħad li l-udjenzi li matul is-snin segwew l-avventuri ta’ Bond xjaħu u forsi ma jiddejqux jaraw li hu u sħabu xjaħu magħhom.

    Fiċ-ċinema fl-aħħar xhur, ħarġu suċċessi mhux mistennija, iċċentrati fuq l-anzjani bħal “Amour” ta’ Haneke u “Quartet” ta’ Dustin Hoffmann.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Jan 15, 2013

    Insellimlek dr.sant,niehu pjacir naqra il-kummenti tieghek ghax ikun fihom sens.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 16, 2013

    Ma ninsew qatt l-gherf u l-għaqal tiegħek u nħares 'il quddiem meta jekk Alla jrid narawk tirrappreżentana fl-Ewropa. Għandek il-ħiliet u l-kredenzjali kollha. Il-giddibin matrikolati ma jistgħux ħlief jigdbu.

    Irrispondi