Ħadu żball

  • Jan 10, 2013 10:47
  • Miktub minn

    Żewġ ekonomisti tal-Fond Monetarju Internazzjonali Olivier Blanchard u Daniel Leigh ammettew li l-Fond ħa żball meta kkalkola l-effetti tal-awsterità fuq l-ekonomiji taż-żona ewro li kienu jinsabu f’diffikultà. L-awsterità ġiet imposta fuq pajjiżi bħall-Greċja, il-Portugall u l-Irlanda bħala kondizzjoni biex jingħata “bail-out”. L-ekonomisti tal-Fond kienu qed jikkalkolaw li għal kull ewro fi tnaqqis fl-ispiża tal-gvern ta’ dawn il-pajjiżi, l-ekonomija kienet se tonqos “biss” b’50 ċenteżmu. Mentri issa qed isibu li għal kull ewro ta’ tnaqqis fin-nefqa tal-gvern, l-ekonomija bdiet tonqos b’ewro u sittin ċenteżmu. Ħaġa bħal din qed ikollha effett katastrofiku fuq l-ekonomija ta’ dawn il-pajjiżi, li minħabba l-awsterità raw it-tkabbir ekonomiku jibqa’ nieqes u l-qgħad jibqa’ tiela’.

    Minkejja li qed jirrikonoxxu dan l-iżball, il-mexxejja taż-żona ewro u tal-Fond Monetarju Internazzjonali m’għandhom l-ebda ħsieb jnaqqsu mill-pressjoni tagħhom biex tinżamm l-awsterità.

    Konvinzjoni

    Issa li “telqet” il-kampanja elettorali 2013, l-istqarrijiet li saru qed jagħtu xhieda li kull min jinsab fit-tellieqa jrid li jkun hemm kalma matul il-ġimgħat li ġejjin u sforz biex issir diskussjoni ċivili dwar xinhuma u x’jistgħu jkunu l-għażliet għat-tmexxija futura tal-pajjiż. Il-billboards li spuntaw ma’ kullimkien l-istess – jagħtu konferma ta’ dan l-impenn. Ħlief uċuh imbissma u kalmi mhumiex juru.

    Minn fejn allura ġej dan il-kunsens fost kummentaturi ta’ kull ġibda u twemmin politiku fil-midja: aktar ’il quddiem, qed igħidu, din se tkun kampanja li se ssir maħmuġa bħal qatt qabel? Min jistqarr dan, għandu xi indizji jew provi f’idu/idha, jew sempliċement qed jistqarr konvinzjoni personali? Jekk tal-aħħar, minn fejn ġejja din il-konvinzjoni?

    Min juża t-Twitter

    Skont il-magażin Der Spiegel, il-kanċellier Ġermaniża Angela Merkel, ma tixtieqx tingħaqad mal-grupp ta’ mexxejja ewlenin – fosthom il-Papa Benedittu, David Cameron, Prim Ministru Ingliż, van Rompuy, President tal-Unjoni Ewropea, u m’hemmx għalfejn ngħidu, il-President Amerikan Obama. Ma tridx tagħmel bħalhom u tibda tuża t-Twitter.

    Fl-aħħar xhur, it-Twitter beda jintuża aktar u aktar biex imexxi messaġġi politiċi. Van Rompuy ħabbar bih deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew. Għal Obama, kien għodda importanti fir-rikonwkista tad-Dar il-Bajda. Għalkemm it-Twitter isir f’isem dan jew dak il-mexxej, effettivament ikun xi ħadd imqabbad mit-tim tiegħu li jattivah. Il-kuntatt personali mal-mexxej ikun virtwali. Xorta, jidher li ħafna nies japprezzaw anki kuntatt ta’ dan it-tip. Merkel għadha xettika dwar Twitter.

    Nissimpatizza mar-riżervi li donnha qed turi. Hawn f’Malta, waqt li Facebook jidher li ħa ħuġġieġa, Twitter ma jqajjimx l-istess entużjażmu fost il-Maltin.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook