Karità

  • Jan 03, 2013 13:17
  • Miktub minn

    Ninsabu fi tmiem żmien li matulu ngħatat xhieda mill-poplu ta’ sens wiesgħa ta’ karità lejn il-proxxmu – ħaġa ta’ min ifaħħarha. Bħala sentiment li juri kif iċ-ċittadini jagħrfu li qed jgħixu f’soċjetà fejn kulħadd iġorr ċerta responsabbiltà lejn għajru, il-karità żviluppat matul is-sekli l-aktar f’qafas reliġjuż. Maż-żmien iżda daħal twemmin politiku lajk li sostna kif il-komunità bħala komunità kellha ġġorr hi wkoll responsabbiltà biex fi ħdanha ma tħallix lil min ibati jew jaqa’ lura. Infirxet politika soċjali li mit-taxxi, ipprovidet skemi ta’ benefiċċji u għajnuniet kontra l-problemi tal-faqar, il-mard, ix-xjuħija u id-diżabbiltà fost oqsma oħra.

    Hawn min jgħid li din il-politika ta’ solidarjetà soċjali għandha tkun tali li żżarma kull ħtieġa għall-karità. U hawn min isostni li l-karità bħala azzjoni individwali mill-bniedem biex jaħseb f’ħaddieħor għandha tibqa’ parti essenzjali miċ-ċiviltà.

    Għadni na nafx liema minn dawn iż-żewġ fehmiet hi l-aqwa waħda.

    Servizzi

    Ma nistax nifhem lil dawk li ma jiddejqux li ekonomija tispiċċa tiddependi fuq tip wieħed ta’ ħidma. Fil-każ ta’ Malta jgħidulek kif il-preżent u l-futur jiddependu mis-servizzi u hekk għandu jkun; li tipprova ssostni l-manifattura jew il-biedja mhu xejn ħlief eżerċizzju vojt ta’ nostalġija. L-istess argument jintuża dwar l-ekonomija Ewropea li rat fl-aħħar deċennji tnaqqis sostanzjali fl-industrija u f’oqsma oħra ta’ attività “tradizzjonali”. Ħidmiethom ġiet “kuntrattata” lil pajjiżi oħra. Waqt li fl-Ewropa naqset il-varjetà ta’ ħidmiet ekonomiċi, ir-rata ta’ tkabbir Ewropew tbaxxiet b’mod qawwi, u dan mhux minħabba l-effetti tar-riċessjoni internazzjonali.

    Kemm f’Malta u kemm fil-bqija tal-Ewropa, l-ekonomiji qed isiru dejjem aktar vulnerabbli, anqas kapaċi li jsostnu ritmu sodisfaċenti ta’ investiment, produzzjoni u ħolqien ta’ impjiegi. Nemmen li dan ġara għax qed jitilfu mill-varjetà ta’ ħidmiet meħtieġa biex tagħti flessibiltà lill-ekonomija kollha kemm hi. Serħan kważi esklussiv fuq servizzi ngħidu aħna, jista’ jwassal biex meta tiġi daqqa ħażina, ir-riċessjoni tkun aktar qawwija u tieħu aktar fit-tul.

    Dvorak u l-pjano

    L-uniku kunċert tal-pjano ta’ Dvorak ma jindaqqx ta’ spiss daqs is-simfoniji tiegħu, speċjalment dik “mid-Dinja l-Ġdida” jew anki uħud mix-xogħlijiet tiegħu ta’ musica di camera. Stajt nifhem li tlift xi ħaġa tajba meta bqajt nagħtih il-ġenb hekk kif smajtu u erġajt smajtu fil-verżjoni memorabbli ta’ Sviatoslav Richter fuq il-pjano mal-orkestra tar-radjo ta’ Bayern immexxija minn Carlos Kleiber. Il-kunċert fih il-ħlewwiet melodjużi li nassoċjaw mal-mużika orkestrali ta’ Dvorak: l-istess ħlewwiet xorta jżommu tensjoni drammatika fluwida fil-mod kif “jiddjalogaw” mal-pjano.

    www.alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0