Tregwa'

  • Diċ 31, 2012 08:49
  • Miktub minn

    Suppost li kellna tregwa politika matul il-vaganzi tal-Milied. Gonzi-pn ma osservahiex. Baqa’ għaddej jum wara l-ieħor b’attivitajiet li s-soltu jsiru f’kampanja elettorali bla kantunieri.

    Qalulna li l-gvern se jkun limitat f’kemm jista’ jroxx. Peress li l-baġit għall-2013 ma għaddiex, sakemm issir elezzjoni, gonzi-pn jista’ jonfoq u jimpenja ruħu finanzjarjament biss xahar b’xahar skont il-livell tas-sena li għaddiet. Ħlieqa oħra!

    Ħafna min-nefqa tal-gvern li biha jattwa l-«power of incumbency» fi żmien elettorali, issir permezz ta’ korporazzjonijiet u aġenziji statali. Dawn jonfqu u jissellfu skont programmi ta’ ħidma li jibqgħu għaddejja bihom, rashom mistrieħa li l-gvern se jkollu jiggarantielhom id-dħul tagħhom.

    Per eżempju skont il-baġit tas-sena 2013, Transport Malta kellha tirċievi €10 miljun bħala ħlas amministrattiv u €7.5 miljun għal bini u tiswija ta’ toroq. Kellha mmarkati għaliha mal-€43 miljun oħra għal xogħlijiet iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Ejja nikkalkolaw li minn tal-aħħar, se jiġu għal idejha biss €20 miljun. Imma wieħed jista’ joqgħod ċert li sa Marzu 2013, Transport Malta se tkun allokat u qassmet mal-€37.5 miljun f’xogħlijiet rikorrenti u kapitali. Hi ma taqax taħt ir-regoli li jikkontrollaw l-ispiża ta’ dipartimenti u ministeri.

    Kontra x-xellug?

    Wara kollox, Mario Monti ddeċieda li joħroġ għall-elezzjonijiet Taljani. Mossa li kixfitu tal-bniedem li hu – liberali u serju, veru, imma kreatura tal-lemin. Jidher li l-Vatikan abbanduna lil Berlusconi u ħareġ jappoġġja lil Monti minkejja li ħafna, anki fuq il-lemin, akkużawh li wettaq politika ddettata mill-Ġermanja. L-aħħar argument ma narahx konvinċenti.

    Aktar nara li d-deċiżjoni ta’ Monti hi parti minn manuvra ħalli jerġa’ jisfa mminat iċ-ċans tax-xellug biex jiggverna l-Italja b’nifs tat-tul. Waqt li l-partit ta’ Bersani kien qed jikkonsolida l-appoġġ tant li kien mistenni jirbaħ il-gvern, id-dħul ta’ Monti fix-xena tqies bħala l-pass li l-aktar seta’ jwaqqaf dan l-iżvilupp. Tal-lemin lesti jagħmlu kollox biex isostnu ruħhom fil-poter. Bla dubju, il-politika ta’ awsterità li Monti ħaddem… u li jixtieq isostni fil-futur… għakkset l-aktar liż-żgħar, lill-ħaddiema u liż-żgħażagħ.

    2013

    Lil hinn mill-isfidi li se naffaċċjaw f’Malta matul l-2013, sfida enormi se tagħfas fuq il-pajjiżi kollha: l-ekonomija dinjija se jirnexxielha tirpilja biex toħloq aktar ġid u impjiegi, jew se tkompli tistaġna? L-isfida tinħass aktar akuta fl-Ewropa. Fuq it-tweġiba li se tingħata – bil-fatti, mhux bil-kliem sbieħ – se jiddependi l-futur ta’ miljuni fuq miljuni ta’ żgħażagħ.

    …Sadattant, l-isbaħ xewqat għal Sena 2013 mimlija risq u hena lil kulħadd.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 8

  •  
    anonimu
    Diċ 31, 2012

    Awguri lilek ukoll Sur Sant u xewqat sbieh ghall-futur!! Inti ragel kbir - nispera li l-poplu jgharfek!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 31, 2012

    Awguri ta xewqat tajba lilek Dr Sant u lil qarrejja kollha ta' iNewsmalta.com.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 31, 2012

    Awgur

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 31, 2012

    Grazzi tal-awguri u nirreċiproka bil-qalb kollha. Nistenna bil-ħerqa l-kandidatura tiegħek għal MEP - pożizzjoni li tixraqlek u li tagħti lok għall-ħiliet tiegħek li, b'dannu għal dan in-nazzjon, ma tħallewx jingħataw żvog. Sliem

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    Awguri lilek ukoll Dr. Sant.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    Awguri Dr.Sant nixtieqlek sena mimlija gid u sahha.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 03, 2013

    Awguri lilek ukoll, Dr. Sant. Nawguralek is-Sena t-tajba mimlija risq u barka. Nilqgha bil-ferh l-ahbar li se tkun kandidat ghal l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u jien ninsab dispost li naghtik kull ghajnuna possibbli.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 25, 2013

    Ghlkhem li illum jiena gejt familjari ma

    Irrispondi
  •  

Facebook