Elezzjonijiet

  • Diċ 23, 2012 15:49
  • Miktub minn

    Jumejn ilu, il-President Taljan Giorgio Napolitano xolja l-Parlament u tħabbru elezzjonijiet għall-25 u l-26 ta’ Frar 2013. Fost il-kontroversji għaddejja kien hemm jekk il-Prim Ministru attwali Monti hux se joħroġ għall-elezzjoni billi jwaqqaf partit ċentrista ġdid; qatagħha li le. L-aġenda politika Taljana tidher mimlija sew.

    Issa f’Malta effettivament il-Parlament ġie “xolt” daqs ġimagħtejn qabel dak Taljan. Imma l-elezzjoni f’Malta se ssir ġimagħtejn wara tal-Italja. Ħaġa li ma tantx tixhed l-effiċjenza tal-istituzzjonijiet tagħna.

    L-elettorat Taljan jammonta għal għexieren ta’ miljuni; tagħna għal ftit mijiet ta’ eluf. Biss hawn Malta qed nieħdu kont tal-ħtieġa li lill-Maltin ma ngerfxulhomx il-vaganzi tal-Milied minħabba l-politika. Fil-każ tat-Taljani, imsieken, ħadd ma ħasbilhom dwar din il-problema.

    Li żgur hu li b’kampanja twila elettorali, il-gvern ta’ gonzi-pn se jkollu aktar ħin u opportunità biex juża l-“power of incumbency” tiegħu ħalli jinfluwenza l-votazzjoni favuru, per mezz ta’ pjaċiri sfrenati u tbażwir fid-deċiżjonijiet tal-gvern. Bil-kampanja qasira li tfasslet għalihom, iċ-ċittadini Taljani msieken, qed jiġu mċaħħda saħansitra mill-benefiċċji ta’ din il-proċedura, li f’Malta saret tintuża b’sengħa u dedikazzjoni mill-gvern.

    Pagi

    Iż-żmien ma tantx kien opportun. Meta tħabbret statistika dwar kif il-pagi f’Malta żviluppaw fl-aħħar snin, il-Milied kien jinsab magħna.

    Jidher li fis-suq Malti tax-xogħol, il-proporzjon ta’ ħaddiema u impjegati li qed jaqilgħu dħul baxx żdied b’mod sinjifikattiv fl-aħħar snin. Dan imur kontra diversi stqarrijiet importanti li smajna matul is-snin, fosthom: Is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea se ttejjeb bil-kbir il-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-ħaddiema Maltin; Ix-xogħol prekarju mhux problema daqstant kbira f’pajjiżna; Bil-ħidma tiegħu gonzi-pn irnexxielu, minkejja l-maltemp ekonomiku, jilqa’ lin-nies tax-xogħol mill-għawġ.

    L-istatistika ħarġitha l-Eurostat, li żgur ma kellha l-ebda ħsieb tikkontradixxi lil gonzi-pn jew lill-għaqdiet tas-sidien li fl-imgħoddi għamlu dawn l-istqarrijiet u oħrajn simili.

    Milied

    Strettament, skont it-twemmin nisrani, il-Milied hu ċelebrazzjoni ta’ fatt uniku fl-istorja tad-dinja. Fi żmien magħruf storikament, u b’mod konkret, mhux bħala parti minn xi mit, Alla wieħed intervjena fil-ħajja tal-bnedmin billi sar membru tar-razza umana. Sa fejn naf jien, l-ebda reliġjon oħra ma għandha din l-asserzjoni bħala l-pern tat-twemmin tagħha. Mhux ta’ b’xejn li fost l-insara, il-Milied għandu tifsira ċentrali.

    L-ironija hi li minn meta fi żmien li hu wkoll storikament magħruf, il-kapitaliżmu beda jirranka, u sal-lum fejn qed jirkeb sew fuq il-mewġ tal-globalizzazzjoni, il-Milied sar ċelebrazzjoni ta’ konsumiżmu sfrenat.

    Hi x’inhi t-tifsira vera tiegħu, nixtieq lill-editur, l-istaff u l-qarrejja ta’ inews, kif ukoll il-familji tagħhom, Milied hieni.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Diċ 24, 2012

    Nawguralek il Milied it tajjeb u s sena l gdida mimlija gid, hena imma l aktar sahha.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 25, 2012

    GonziPN fejn irid huwa Ewropew...fejn jabel lilu jistma lill-poplu aghar mill-pajjizi tat-Tielet Dinja. L-egozimu u l-gideb ta' GonziPN jibq

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 25, 2012

    prosit .dr..sant minn qalbna nawgurawlek gejjieni sabieh lill familja kollha hena u sahha il festi tajba.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 26, 2012

    Prosit Dr.Sant, nawguralek kull success ta decizzjoni li hadt biex tikkontesta ghall- elezzjonijiet ta Unjoni Ewropeja, Il-kumplament tal festi t-tajba lilek u il-familja tieghek

    Irrispondi
  •  

Facebook