PBS

  • Diċ 20, 2012 15:28
  • Miktub minn

    Kull min hu ta’ rieda tajba jaqbel li x-xandir nazzjonali hu skandlu nazzjonali. L-abbużi li saru fis-snin sebgħin u fit-tieni nofs tas-snin tmenin bl-ebda mod ma jitqabblu dak li jinsab għaddej bħalissa. L-ewwel nett – apparti milli kienu kontra-produċenti – għax dak li sar fis-snin imsemmija dam għaddej anqas mill-abbuż tal-lum. U t-tieni għax l-abbuż tal-lum qed jitħaddem bla skruplu ħalli jipprovdi qligħ lil nies li rnexxielhom jissodisfaw il-kilba politika tagħhom u jpappuha kummerċjalment.

    Dawn se jagħmlu minn kollox biex jibqgħu jmexxu l-programmi tax-xandir nazzjonali waqt l-elezzjoni tal-2013. Minn żmien il-kampanja dwar id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, l-istess nies raw kif iġibuha żewġ għall-kamp politiku tagħhom permezz tax-xandir nazzjonali waqt li kabbru n-negozju tagħhom. Għandhom interess vestit filli l-lemin jibqa’ fil-poter, ħalli jibqgħu jibqgħu b’ħobżhom maħbuż fix-xandir nazzjonali.

    Sptar

    Għal raġunijiet familjari qed ikolli nżur ta’ spiss l-isptar fl-aħħar ġranet. Kif jagħmlu eluf ta’ oħrajn, ninnota kemm l-istaff tal-Mater Dei, mediku, para-mediku, u fil-qasam ta’ servizzi oħra, jaħdem tajjeb u mill-aħjar li jista’. L-apparat, kif qatt ma kelli diffikoltà ngħid, hu “state of the art” u jitħaddem tajjeb.

    Il-problema tibqa’ li l-Mater Dei ġie ppjanat u ttella’ ħażin bħala bini u li ma ngħata l-ebda ħsieb serju dwar kif għandu jiġi amministrat bis-sens. Niftakar x’qalli konsulent Kanadiż li tana pariri siewja bejn l-1996-1998: Jekk mat-tnedija tal-isptar il-ġdid mhux se jiddaħħal mudell kompletament ġdid għat-tmexxija tiegħu, se jkun sar ħafna investiment fil-vojt. B’xorti ħażina, ġara kif beża’ li se jiġri dak il-konsulent.

    Imperatriċi

    Għalkemm ili li smajt b’Josef von Sternberg, qatt ma rajt xejn tiegħu. Fl-aħħar bdejt b’“The Scarlet Empress” magħmul fl-1934. Fih Sternberg “jirrakkonta” l-ġrajja ta’ Katerina l-Kbira tar-Russja, principessa minuri Ġermaniża li ntbagħtet biex tiżżewweġ lill-eredi belheni tal-imperu tat-Tsar. Minn żagħżugħa imbeżżgħa, Katerina (Marlene Dietrich), biż-żmien tinbidel f’mara ambizzjuża li taf kif għandha tasal fejn trid tasal, u dan f’ambjent li kien barrani għal kollox għaliha. Il-film jibda b’mod kajman, forsi biex irendi x-xeni ta’ wara aktar surreali u krudili. Sternberg jasal nofs triq meta juri l-grottesk, biex iħallik timmaġina kif jista’ jkun aktar grottesk, u biex tifhem kif li qed juri mhux daqstant bogħod mill-ħajja ta’ kuljum. Il-film influwenza b’mod dirett u ċar il-kapolavur ta’ Eisenstein “Ivan it-Terribbli”, li ttella’ xi għaxar snin warajh. Kellu raġun min qalli li Sternberg hu fost l-aqwa diretturi tas-seklu l-ieħor.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Diċ 20, 2012

    prosit dr.sant niehu gost naqra il kitba tieghek nawguralek hena sahha u il festi tajba lilek u l-famija

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 22, 2012

    Dr Sant laqat il-musmar fuq rasu fejn jidhol ix-xandir nazzjonali. L-abbuzi li sehhew fis-snin 70 u t-tieni parti tas-snin 80 kienu ta' durata qasira u immedjatament imwaqqfa minn Awtorita' tax-Xandir li kellha l-kuragg tieqaf lil min

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 22, 2012

    DR.SANT JISTUDJA HAFNA QABEL JIKTEB JEW JITKELEM GHALEK BRAVU U LI JIKTEB HUWA MINNU. IL FESTI IT-TAJBA ;IELEK U IL QRABA TIEJEK.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 22, 2012

    Awguri minn qalbi Dr Sant! Tassew għandna xandir mandra! Minn filgħodu

    Irrispondi