Problemi ta' soċjetà

  • Diċ 17, 2012 08:48
  • Miktub minn

    It-tieni skandlu fi ħdan il-ġudikatura f’temp ta’ għaxar snin – u m’inix indaħħal il-każ tal-Kunsill Olimpiku Malti f’din ir-riflessjoni – ikkonferma l-fehma li l-qagħda ta’ Malta tħalliet tistaġna għal kollox. Minn barra bqajna nippriedkaw l-aqwa valuri tal-għożża tal-familja u tar-rispett lejn il-valuri deistiċi u moralistiċi tal-Knisja Kattolika, kollox magħqud mas-slogan ta’ viva l-Ewropa! Fir-realtà ħallejna tiżviluppa soċjetà konsumistika fejn it-tfaddil u l-investiment ġew traskurati għal kollox.

    Li takkwista biex tikkonsma sar binarju dejjem aktar importanti għal kulħadd, u mhux importanti kif tidħol fil-binarju, sakemm tinżamm dehra ta’ rispettabiltà. Għandna ekonomija sewda fost l-akbar (proporzjonalment), fl-Ewropa, anki bil-VAT li suppost iddaħħlet biex tnaqqasha. L-aqwa settur ekonomiku sar dak tal-imħatri bl-internet, u ftit jista’ jkun hemm dubju li parti kbira mill-ekonomija sewda tieħu n-nifs tagħha mid-droga. Infirxu bil-kbir il-valuri tal-egoiżmu u ta’ materjaliżmu sfrenat, kollox imgħotti taħt ipokriżija tant lampanti li ħadd ma jaqbillu jintebaħ biha. Fir-realtà is-slogan veru tal-pajjiż sar “anything goes”, preferibbilment waqt li tistqarr id-dommi “pro-”Ewropej. L-istituzzjonijiet ewlenin bilfors jintlaqtu wkoll.

    F’Newton, Connecticut

    L-atroċità li saret ħalliet lil kulħadd imbellah. Dan mhux l-ewwel inċident tat-tip tiegħu li seħħ fl-Istati Uniti, bil-maqlub! Fattur komuni fihom kien il-mod faċli kif tista’ takkwista u żżomm armi tan-nar ta’ kwalunkwe tip. Kull meta saru sforzi biex jiddaħħlu regolamenti aktar stretti dwar l-armi, politikanti ta’ kull fehma daħlu f’qoxorthom. Il-“lobby” kontra li jkun hemm aktar restrizzjonjijiet fuq il-pussess ta’ armi, hu mmexxi minn għaqda tassew b’saħħitha, in-National Rifle Association, li ma taħfirha lil ħadd.

    L-argument tagħhom hu li l-użu tal-armi jagħmel parti mit-tradizzjoni profonda tal-Amerika, kontinent li żviluppa bħala art tal-pijunieri. Din tat-tradizzjoni profonda nisimgħuha wkoll f’pajjiżna kull meta tisplodi xi kamra tan-nar.

    Schubert, 4

    Tkun mingħalik li int midħla tal-aqwa xogħlijiet ta’ kompożitur maħbub u ġenjali bħal Frans Schubert. Imbagħad kif ġara lili, tisma’ xi xogħol li matul is-snin ikun qabiżlek – is-simfonija numru 4 in C minor, it-“traġika”. Tirrealizza li għal ftit ma kontx se tibqa’ sajjem minn esperjenza tal-aqwa kwalità. Ir-raba’ simfonija ta’ Schubert donnha l-pont bejn ix-xogħlijiet ħfief, kollha “dawl” tiegħu u s-simfonija l-“kbira”, numru tmienja. Tiltaqa’ fiha mal-ispunti grazzjużi u spontaneji tal-“ħfief” u mal-ekijiet traġiċi tal-“grandjuża”, kollha marbuta flimkien bi stil li ma jista’ jkun ta’ ħaddieħor ħlief Schubert. Il-verżjoni li smajt kienet diretta b’maestrija minn Loren Maazel mal-orkestra simfonika tar-radjo tal-Bavarja. Forsi jmissni nara nismax ukoll xi verżjoni oħra.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Diċ 19, 2012

    Dr Sant dejjem qed jirnexxielek tqajjimli bizzejjed kurzita biex naqra jew nisma' xi ktieb jew muzika li semmi fl-ahhar paragrafu tieghek minn zmien ghal zmien. Grazzi

    Irrispondi