Il-waqa' ta' Gvern

  • Diċ 13, 2012 09:31
  • Miktub minn

    Ftit issorprendew ruħhom b’li ġara nhar it-Tnejn fil-Parlament. Kienu patetiċi l-manuvri tal-Prim Ministru Gonzi biex iwassal ħalli l-Oppożizzjoni Laburista tivvota favur il-baġit li ppreżenta. Kienet ħaġa ċara li l-Oppożizzjoni la setgħet u lanqas messha tagħmel dan.

    Gonzi daħħal lill-pajjiż fil-komplikazzjoni li se jibda s-sena 2013 mingħajr baġit. Ir-responsabbiltà jġorrha kollha hu.

    Il-Parlament li jmiss se jkollu sfida kbira quddiemu biex jerġa’ jikseb kredibilità u dinjità. Fl-aħħar sena u nofs jekk mhux aktar, fost oħrajn ġie soġġett għal dewmien, ħala ta’ ħin, nuqqas ta’ direzzjoni, taħwid fl-ippjanar, dibattiti li jitwaqqfu ħesrem qabel ikun tlestew u aġendi mibdula ħin bla waqt. L-aqwa li l-gvern ikun jista’ jiżgiċċa mit-theddida li jitlef xi vot. Bil-waqa’ tal-gvern, miżuri ewlenin bħal dwar provedimenti li jħarsu l-“whistle blowing”, dwar il-ko-abitazzjoni u dwar l-irregolamentar ta’ ċerti professjonijiet baqgħu fuq l-ixkaffa.

    25 sena ilu

    Is-seduta tat-Tnejn kienet l-aħħar waħda tiegħi fil-Parlament. Ma stajtx ma niftakarx fl-ewwel seduta, ftit aktar minn ħamsa u għoxrin sena qabel. Kont ġejt ko-optjat mill-Partit Laburista wara l-mewt tal-mibki Joe Sciberras, raġel sinċier u kuraġġuż.

    Il-Parlament kien qed jiddiskuti l-ewwel baġit tal-ewwel gvern ta’ Fenech Adami. Dan ta bidu għal strateġija ekonomika ġdida fil-pajjiż, li rabtet it-tkabbir tal-ekonomija ma’ nefqa pubblika li dejjem tiżdied. Il-konsum ġie stimolat bil-kbir. Ftit indunaw li biex dan isir, kienu qed jintefqu r-riżervi li nbnew fis-snin ta’ qabel, u meta spiċċaw, beda jittella’ d-dejn fost sparpaljar dejjem akbar ta’ riżorsi u tnaqqis fl-investiment.

    Kont ingħatajt l-inkarigu li nagħmel wieħed mill-interventi tal-Oppożizzjoni Laburista fuq il-ministeru tal-finanzi Nazzjonalista li sawwar il-baġit tal-1988.

    L-aħħar intervent

    Nibqa’ fuq binarju personali: l-aħħar interventi tiegħi fil-Parlament għamilthom f’seduti li saru xi ġimgħat ilu meta konna qed niddiskutu r-riżoluzzjoni tal-gvern biex il-Kamra tar-Rappreżentanti tirratifika l-patt fiskali li ġie negozjat dan l-aħħar mill-pajjiżi membri taż-żona ewro. Permezz ta’ dal-patt, il-Kummissjoni Ewropea u l-pajjiżi membri tal-ewro qed jingħataw poteri li jikkontrollaw kif issir in-nefqa pubblika f’kull pajjiż taż-żona, anki qabel ma l-baġit jitressaq quddiem il-parlament nazzjonali.

    Dwar dan bir-raġun kollu il-perit Karmenu Vella u jien bqajna nisħqu għal spjegi. Il-ministru tal-finanzi Fenech ma ħax gost. Il-Whip tan-naħa tal-gvern kellu l-ardir jakkużana li qed naħlu l-ħin. Hu kien wieħed mill-perċims ta’ gonzi-pn li fl-aħħar sentejn organizza l-ħala tal-ħin fil-Parlament kull meta l-gvern ħassu skomdu b’xi vot riesaq.

    Ir-riżoluzzjoni dwar il-patt fiskali sfat waħda mill-punti tal-aġenda tal-Parlament li baqgħet fil-limbu.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    DR.SANT POLITKU LI RA VERU IL VISJONI TA MALTA MILL BIDU TAL KARRIERA POLITKA TIGHU AWQURI DR.GHAL FUTUR.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 13, 2012

    Dr. Sant ġentlok fil-politika. Illum il-ġurnata

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 17, 2012

    Dr Sant jien diga awgurajtlek ghad-decizzjoni li hadt li tohrog ghal- parlament Ewropew. Nies bhalek il-pajjiz jibqa jkollu bzonnhom ghax l-onesta u l-integrita huma doni li tant huma mportanti biex isarfu f'politiku serju u onest. Awguri mill-gdid.

    Irrispondi