Enerġija fl-ingann

  • Diċ 06, 2012 18:55
  • Miktub minn

    Mill-Parlament għaddiet malajr proposta biex parti mid-djun enormi li għandha l-Enemalta tinbidel f’arranġament li bih il-Korporazzjoni tgħaddi l-assi tagħha lil korp ġdid u tħallas lil dal-korp “kera” għall-użu ta’ dawn l-assi. B’hekk tkun tista’ tissellef aktar flus b’rata ta’ imgħax “raġonevoli” ħalli tkompli tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha.

    Fir-realtà dan mhu xejn ħlief “trick” finanzjarju. Bih qisek qed tgħatti ġerħa profonda bl-Elastoplast. Il-kriżi fl-Enemalta hi parti mit-tmexxija tassew irresponsabbli fil-qasam tal-enerġija ta’ gonzi-pn, minkejja li tat-times u rappreżentanti tan-negozju erħilhom ifaħħrulu ħiltu fit-tmexxija ekonomika.

    Il-bżonn ta’ riforma serja fil-qasam tal-enerġija f’Malta ilha ċara sa minn nofs is-snin disgħin. Minflok ħadu u wettqu d-deċiżjonijiet meħtieġa, gvernijiet Nazzjonalisti ttrattenew, ibblaffjaw, gidbu, lagħbu għall-gallarija, ħarġu kuntratti meħtieġa tard u taħt kondizzjonijiet mill-aktar dubbjużi, daħlu għal impenji mal-Unjoni Ewrpea li dwarhom baqgħu ma għamlu xejn... Qagħda diġà ħażina baqgħet teħżien. Fil-ġimgħat li ġejjin nistennew sensiela ta’ gimmicks publiċitarji biex dwar id-diżastru fil-qasam tal-enerġija jkomplu jingannaw lill-poplu.

    33 kontra 1

    Ta’ spiss tissemma l-“akkuża” min-naħa ta’ gonzi-pn dwar kif il-gvern Laburista ta’ bejn l-1996 u l-1998 daħħal 33 taxxa. Forsi jirnexxielhom jingannaw lil xi nies biha. Il-verità hi li daħlu 33 taxxa biex jolqtu lil min seta’ jħallas l-aktar. It-taxxi ġeneralment affettwaw oqsma ta’ konsum komdu jew ta’ lussu. Gonzi-pn mhux hekk: idaħħal taxxa waħda li tolqot lil kulħadd bil-kbir. Effettivament iż-żgħar jispiċċaw iħallsu għall-komdi ħafna. Mit-33 taxxa kellhom jidħlu ħafna anqas flus milli gonzi-pn idaħħal minn miżura waħda ta’ taxxa li jintroduċi... bħaż-żieda fis-sisa fuq fjuwil. Il-Prim Ministru ftaħar li neħħa t-“33” taxxa li konna daħħalna. Ftit għandu biex jiftaħar: minflok, fost affarijiet oħra, il-gvern tiegħu żied bil-kbir il-VAT li żiedet piżijiet qawwija fuq il-familji kollha.

    Kotba

    Ir-rumanzier Mario Vargas Llosa kellu artiklu interessanti ħafna dil-ġimgħa biex jirrapporta dwar it-twaqqif fil-belt ta’ Mexico ta’ dik li sejħilha “l-isbaħ bibljoteka, l-aktar oriġinali u kreattiva tas-seklu wieħed u għoxrin”. Tikkonsisti f’ġonna, verandi u paviljuni fejn inġabru l-libreriji privati ta’ uħud mill-aqwa kittieba Messikani – bħal Jose Luis Martinez, Antonio Castro Leal u Jaime Garcia Terres. Ilaħħqu b’kollox mat-tliet mija u ħamsin elf volum. Il-proġett tħassel minn ċerta Consuelo Salzar Guerrero bl-appoġġ sħiħ tal-eks President Calderon.

    Vargas Llosa jfakkar fi proġett li kellu jsir snin ilu f’Barcellona. Carmen Balcells riedet twaqqaf Il-Belt tal-Ktieb u tiġbor fiha l-libreriji privati ta’ kittieba mid-dinja kollha. Il-proġett tagħha ma sabx appoġġ biżżejjed. Issa jidher li ħa l-ħajja fin-naħa l-oħra tal-Atlantiku.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook