Isejjaħ elezzjoni

  • Nov 29, 2012 09:34
  • Miktub minn

    Lejliet il-baġit il-Prim Ministru Gonzi ġie rapportat li qal li jekk il-vot tal-baġit ma jgħaddix, isejjaħ elezzjoni: stqarrija li ġiet proġettata qisha kienet sfida erojka. Fil-fatt, Gonzi sempliċement irrepeta dak li hu evidenti. Bil-kostituzzjoni, vot fuq baġit hu vot ta’ fiduċja. Jekk jintilef, l-unika triq hi li tissejjaħ elezzjoni – ħaġa li gonzi-pn għamel kull ma seta’ biex jevita għax ried jibqa’ mkaħħal mas-siġġu tal-poter. B’hekk fl-aħħar sentejn rajna lill-Parlament jinbidel fi trampolin biex jakkomoda l-manuvri tal-gvern.

    Jekk dan qed jistenna li jista’ jsalva ġieħu bil-baġit għas-sena 2013, naħseb li se jarralu. Il-baġit hu ħaġa waħda mat-tmexxija diżastruża li gonzi-pn ipprovda tul din il-leġislatura. Hi tmexxija li kkonfermat ġudizzju li sa mill-bidu nett jien kont tajt dwar il-gvern ta’ gonzi-pn: gvern li qed jgħix gidba, jgħix f’gidba u jgħix b’gidba.

    Pro Memoria

    L-editur ta’ inewsmalta.com ilmenta li ma rċeviex kopja ta’ ittra li bgħatt ġimgħa ilu lil Toni Abela, Deputat Mexxej tal-Partit Laburista; kellha tasallu mal-kopji l-oħra li tqassmu lill-midja fl-istess ħin. Hu x’inhu, “for the record” l-ittra bid-data tat-22 ta’ Novembru kienet tgħid hekk:

    “Per mezz ta’ din l-ittra qed ngħarrfek li wara konsultazzjoni sħiħa u bi qbil mal-Mexxej Laburista u Kap tal-Oppożizzjoni Dr Joseph Muscat, iddeċidejt li fl-aħjar interess tal-Partit Laburista, m’inix se nippreżenta l-kandidatura tiegħi għall-elezzjonijiet ġenerali li jmiss. Minflok, hi l-intenzjoni tiegħi li nipproponi li nkun kandidat fl-interess tal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew li jmiss u li se jinżammu fis-sena 2014.

    “M’hemmx għalfejn ngħid li fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin, is-servizzi u l-ħin tiegħi jibqgħu f’kollox u bla riżerva, għad-dispożizzjoni tal-Partit Laburista.”

    Saving Faith

    ...hu rumanz ta’ David Baldacci mimli inċidenti li jseħħu fuq xulxin bla nifs, skont l-istil ta’ dal-kittieb inġenjuż ta’ “thrillers” bi premessi li jidhru eżaġerati imma li malajr tibda taċċettahom bħala verosimili. F’“Saving Faith” grupp ta’ nies fit-tmexxija għolja tas-CIA jindunaw li l-“lobbyist” privat Danny Buchanan irnexxielu jikkorrompi għadd ta’ politiċi fil-Kungress Amerikan. Huma jikkapparraw din l-informazzjoni biex ikunu jistgħu jirrikattaw biha lill-politiċi involuti ħalli dawn iżommu l-fondi tas-CIA sammi fil-baġit Amerikan. Il-biċċa tikkomplika ruħha meta l-assistenta ta’ Buchanan, Faith, tiddeċiedi li tirraportah lill-FBI. Il-grupp mis-CIA jiddeċiedi li jelimina lil Faith, anki jekk fl-istess attentat se jkollhom joqtlu aġent tal-FBI. Ir-rumanz jiddeskrivi l-intriċċi li jiżviluppaw matul l-attentati biex Faith tinqatel. Anke jekk ta’ kultant il-kitba hi mġebbda, ma ddejjaqtx insegwihom sal-aħħar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0