Interessi

  • Nov 18, 2012 15:41
  • Miktub minn

    Jekk ħaddiem bi żball joħroġ rebekkin minn kamra għal oħra f’fabrika, jista’ jitlef kollox – ix-xogħol, drittijiet ta’ pensjoni, iċ-ċertifikat ta’ kondotta tajba...

    Qabbel dil-ħaġa mal-każ ta’ min għandu bħala xogħol li jirregola – jiġifieri jagħmel u jħaddem ir-regoli dwar kif jitmexxew setturi sħaħ tal-ekonomija u tas-soċjetà tagħna. Minkejja li nies f’dil-qagħda jingħataw salarji tajba ħafna għal Malta u anki mqabbla ma’ pajjiżi Ewropej oħra, huma qed jingħataw il-fakoltà li “jservu” bħala diretturi f’kumpaniji privati fl-istess setturi li jirregolaw f’isem pajjiżna. Mhux talli ma jitqiesx li dil-qagħda lampanti ta’ kunflitt ta’ interess tqajjem problemi, talli kollox ok. Dan l-aħħar issemmew żewġ każi ta’ dat-tip, wieħed minnhom fis-servizzi finanzjarji.

    Hemm min jgħid li meta tal-Labour iqajmu kwistjonijiet bħal dawn, jitilfu l-voti. Dan għax il-Maltin jippreferu gvern laxk li jagħlaq għajnejh għal kif – speċjalment fost l-istabene – kulħadd imdorri jħokk dahar għajru, biex wara jinħakklu tiegħu. Jekk hu hekk, mhux ta’ b’xejn li fl-Ewropa u barra minna, ftit jiħduna bis-serjetà.

    Milgħuba

    L-eks-ħaddiema tax-xatt għandhom raġun iħossuhom milgħuba. Għal snin twal ikkontribwew għal fond li minnu kellu jmisshom xi ħaġa meta jkunu irtiraw – speċi ta’ assigurazzjoni li tmur lil hinn mill-pensjoni. Imbagħad biex isolvi l-problema ta’ kif se jibdel il-mod li bih kienu organizzati l-portijiet, il-gvern irranġa, bi qbil ma’ min kien jirrapreżenta lill-ħaddiema dak iż-żmien, biex iqassam parti kbira jekk mhux kollox minn dal-fond bħala kumpens għall-bidliet li ried iwettaq. Il-fond prattikament tbattal. Dawk li ma bbenefikawx minn din il-miżura imma kienu kkontribwew matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom għall-fond baqgħu lampa u stampa. Jekk niftakar tajjeb, l-istess manuvra kienet intużat snin ilu fir-rigward ta’ fond simili fit-tarzna.

    Flawt Maġiku

    Il-film ta’ Ingmar Bergman “Il-Flawt Maġiku” inħadem fl-1975 inizjalment għat-televixin imma ntwera wkoll fiċ-ċinema. Jippreżenta l-opera ta’ Mozart f’taħlita ta’ stili – minn preżentazzjoni skjetta ta’ wirja teatrali miġbuda bil-kameras – għal logħba viżiva fuq l-uċuh ta’ membri tal-udejnza, l-aktar tifla żgħira li tirrifletti fuq wiċċha dak li qed tħoss b’li tara – għal xenetti wara l-kwinti bejn l-atturi – għal effetti li naraw f’films “tal-biża”. Naħseb li t-taħlita tirnexxi fuq ħafna livelli. Tgħinek tinsa kemm l-“istorja” tal-librett (bħal fl-opri kollha ta’ Mozart tista’ tgħid), hi konfuża. Tippermettilek tgawdi l-mużika glorjuża. Tħallik anki tissimpatizza mal-atturi/kantanti (bl-Isvediż),. L-emfażi li jagħti Bergman fuq is-sinjifikat Mażoniku tal-intriċċ rajtu rnexxa. Stennejt li fl-aħħar nett se nerġgħu naraw “close-up” tat-tifla ż-żgħira fost l-udjenza. Għar-raġunijiet tiegħu, Bergman iċaħħadhulna.

    alfredsant.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Nov 20, 2012

    Xtaqt nighdlek GRAZZI hafna tal kitba tieghek. Kont, qieghed u nibqa nnsegwik. Grazzi mill gdid Dr. Sant.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 20, 2012

    Kitba li turi kemm Dr. Alfred Sant KIEN u GHADU ferm ghola fl-integrita u s-serjeta minn dawn l-ilpup li qed imexxu l-pajjizna !

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 21, 2012

    il-kitba tieghek min dejjem impresjonatni specjalment fuq l-unjoni ewropeja ghax dak li kont tghid gejna fih.grazzi tal-informazzjoni.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 06, 2012

    Ma' Alfred Sant gieli ma naqbilx, imma generalment naqbel. Imma qatt ma ddubitajt il-hila tieghu li jesprimi se

    Irrispondi
  •  

Facebook