PENSJONIJIET

  • Nov 25, 2019 08:01
  • Miktub minn Alfred Sant

    Id-diskussjonijiet li għaddejja bħalissa f’pajjiżi bħall-Ġermanja, Franza u l-Belġju dwar riformi fil-pensjonijiet qed iqanqlu kwistjonijiet li jgħoddu bil-kbir anke għal pajjiżna.

    Mistoqsija kbira hi kif pensjonijiet jistgħu jibqgħu sostenibbli fid-deċennji li jmiss. Il-verità hi li n-nies qed tgħix aktar u l-proporzjon ta’ żgħażagħ fil-popolazzjoni qed jiċkien. Se jkollhom joħorġu ħlasijiet akbar ta’ “benefiċċji” bħal pensjoni għal żmien itwal. Fl-istess waqt se jonqsu (proporzjonalment jew b’mod assolut) dawk li b’ħidmiethom produttiva se jkunu qed joħolqu l-ġid li jiffinanzja l-“benefiċċji”,

    Soluzzjoni ċara hi li kif qed jiġri, l-età tal-pensjoni titwaddab lura u n-nies jinżammu jaħdmu aktar. Wara kollox se jkunu qed jgħixu għal aktar snin u se jgawdu l-pensjoni tagħhom anke għal aktar snin minn qabel.

    Hi soluzzjoni li tidher ekonomikament u soċjalment aċċettabbli.

    Ħlief għal punt wieħed. Għalkemm il-ħajja qed titwal, mhijiex ħaġa ċara li dat-tul aktar qed jissarraf fl-istess tul ta’ ħajja b’saħħa tajba. Għax x’tiswa pensjoni sostenibbli jekk meta anzjan/s j/tasal biex i/tgawdiha, saħtu/saħħitha tkun qed tmajna?

    SAJJIEDA U KWOTI

    Internazzjonalment, is-sajd sar jitmexxa b’regoli stabbiliti bejn il-pajjiżi li għandhom interess vestit fih. Dawn jiggvernaw il-qbid fl-ibħra tal-ispeċje differenti ta’ ħut: kif isir, meta u l-kwoti li s-sajjieda ta’ kull pajjiż jitħallew jaqbdu. Diversi speċje ta’ ħut jaqgħu taħt skemi bħal dawn, minn tonn sa aringi sa inċova.  B’hekk,  jiġi żgurat li s-sajd isir b’mod li jippreżerva l-provisti ta’ ħut minn staġun għal staġun waqt li jħares (suppost) l-interessi ta’ sajjieda minn pajjiżi differenti.

    Problema madankollu hi din: dawn is-sistemi li twaqqfu qed jaġevolaw l-interess ta’ min? Tas-sajjieda tradizzjonali li baqgħu jaħdmu bħala impriża żgħira tal-famillja? Jew ta’ kumpaniji “industrijali” tas-sajd li ġew ifformati fuq skala kbira u qed jikinsu kollox quddiemhom?

    IL-KUMMISSJONI L-ĠDIDA

    Xahar tard... jew ftit aktar minn xahar ... il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida se tkun telqet għall-ħidma tagħha f’dan l-aħħar xahar tas-sena 2019.

    Quddiemha hemm aġenda twila u formidabbli fl-impenn li tirrekjedi. Ħafna mill-elementi tagħha jinsabu barra mill-kontroll tal-istess Kummissjoni. Hemm differenzi qawwija bejn l-istati membri fuq ħafna mill-għażliet li jridu jsiru. Mhijiex ħaġa ċara li l-Kummissjoni se jkollha s-saħħa biex tinforza ftehimiet ta’ kompromess.

    Wieħed jittama li l-Kummissjoni von der Leyen ma taddottax l-istess tattika tal-Kummissjoni Juncker u kull nofs pass ’il-quddiem, imkejjel bir-ritmu ta’ ġurdien tal-imramma, tippreżentah qisu kien avvanz ta’ iljun. Nittama ukoll min-naħa l-oħra li kemm iddum fis-seħħ, ma tiltaqax ma’ kriżijiet bħal dawk li kellha taffaċċja l-Kummissjoni ta’ Juncker. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0