Baħar jaqsam bejn Joseph Muscat u Adrian Delia

  • Ott 23, 2019 16:00
  • Miktub minn Chris Fearne

    Kull min fil-jumejn li għaddew segwa d-diskorsi li saru fil-Parlament dwar il-Baġit 2020 mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia (nhar it-Tnejn) u l-Prim Ministru Joseph Muscat (nhar it-Tlieta) seta’ faċilment jinnota li hemm baħar jaqsam bejniethom, f’kull livell, minn korrettezza ta’ fatti għal attitudni pożittiva versu n-negattività. Minn iffaċċjar ta’ sfidi bi pjan, għal tbeżżiegħ minnhom. Minn attitudni ta’ ħtieġa ta’ aktar integrazzjoni għal diskorsi perikolużi fejn jidħlu ħaddiema barranin.

    Wara ż-żewġ diskorsi ma tistax ma tasalx għall-konklużjoni li sfortunatament il-Kap tal-Oppożizzjoni jaħseb li lill-poplu Malti u Għawdxi jista’ jaljenah mis-sewwa magħruf. Jaħseb li jista’ jwarrab minn quddiem għajnejn il-poplu li dan huwa l-ħames baġit b’surplus, li dan huwa t-tielet baġit konsekuttiv li fih ma ddaħħlet ebda taxxa ġdida jew li żdiedet fir-rata xi taxxa milli diġà kien hemm. Baġit li qiegħed ikompli jindirizza faxex tal-popli li sfortunatament għal ħaddieħor dejjem tħallew fuq il-periferiji, fosthom il-pensjonanti u l-persuni b’diżabilità. Baġit li qiegħed ikompli jsaħħaħ il-pedamenti għal sostenibilità tal-miżuri pożittivi introdotti mhux biss f’dan l-aħħar baġit imma anke dawk ta’ qablu. Kollox bi pjan u b’implimentazzjoni gradwali li tiggarantixxi kontinwità u sostenibilità. 

    Insemmi speċifikament il-qasam responsabbli għalih jien, il-Qasam tas-Saħħa. Għas-sena 2020 qegħdin nivvotaw nefqa ta’ AKTAR MINN €2 MILJUNI KULJUM fuq il-qasam tas-saħħa. Qegħdin nivvutaw €753 miljun. Fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista, fl-2012, kienu vvutaw nefqa ta’ €370 miljun. Illum qegħdin nivvutaw aktar mid-doppju t’hekk. Ir-riżultati bejn x’kien jiġri taħt Gvern Nazzjonalista u dak li qed jiġri llum jafha kulħadd.

    Spiċċaw iż-żminijiet ta’ taqtigħ il-qalb dwar jekk l-Unjoni Ewropea hux se tibagħtilna l-baġit lura biex nirreveduh. Jekk l-Unjoni Ewropea hux se tgħidilna x’għandna nneħħu minnu għax taf li mhux se naslu. Mhux qed nitkellmu fuq xi tul ta’ żmien ilu. Kwistjoni ta’ ftit snin biss ilu meta għal aktar minn darba l-Unjoni Ewropea poġġietna taħt il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv.  Żmien meta litteralment it-tmexxija tal-Unjoni Ewropea ma kinetx tafda lil pajjiżna, tant li l-ewwel biċċa xogħol kbira li kellu jagħmel Joseph Muscat fejn tidħol din il-kwistjoni kienet li jikkonvinċi lit-tmexxija tal-Unjoni Ewropea tagħtina ċ-ċans nagħtu prova li aħna differenti minn ta’ qabilna. Li aħna kredibbli. Li aħna mhux nwegħduhom li nagħmlu ħaġa u ma nagħmluhix. Li aħna dak li nwegħdu inwettquh. Il-prova tajniha mhux darba jew tnejn.....il-kelma DEFIĊIT sparixxiet mill-vokabolarju tagħna. Dan huwa l-ħames  baġit b’surplus.

    Imma rrid infakkar xiħaġa oħra importanti konnessa ma’ dan il-Baġit. Kif inhi l-użanza, ftit ħin wara l-preżentazzjoni tal-baġit il-Prim Ministru jindirizza Konferenza tal-Aħbarijiet. Wieħed mill-ġurnalisti, jidhirli li kien tal-ġurnal ‘Times of Malta’, staqsa lill-Prim Ministru jekk dan kienx l-aħħar baġit tiegħu. It-tweġiba tal-Prim Ministru kienet immedjata u ċara: Le.

    Kemm inħossni kburi li se nkun qed ngħin lill-Prim Ministru fit-tfassil u fit-twettiq ta’ aktar baġits b’risq il-poplu Malti u Għawdxi.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook