REGOLI... BOGĦOD... ĠIMGĦA BLA LAĦAM

  • Ott 10, 2019 08:53
  • Miktub minn Alfred Sant

    REGOLI 

    Fis-smigħ li sar fil-Parlament tal-Kummissarji Ewropej nominati għall-mandat il-ġdid, interess li spikka fil-qasam ekonomiku u finanzjarju kien kif il-Kummissarji prospettivi se jqisu r-regoli taż-żona tal-ewro dwar id-dixxiplina baġitarja, id-djun tal-gvernijiet u t-tmexxija ekonomika.

    Kull Kummissarju nominat kellu/ha jżomm/iżżomm quddiem għajnejh/a li hemm żewġ veduti kontrastanti dwar ir-regoli. Waħda hi fis-sens li dawn iridu jiġu aċċettati u mħaddma minn kulħadd bl-istess mod u bl-akbar fedeltà – hi fehma li ċ-ċentru-leminin Ġermaniżi u l-alleati tagħhom iħaddnu bl-akbar qawwa. L-oħra pjuttost tisħaq fuq il-fatt li l-politika ta’ awsterità li r-regoli baqgħu jġibu magħhom trid tittaffa, speċjalment fil-mod kif ir-regoli jqisu l-ispiża publika għal investimenti. Din hi fehma mħaddna miċ-ċentru-xellugin. L-ewwel fehma hi komplikata mill-punt li r-regoli japplikaw l-aktar ghad-deficit li pajjiż jista’ jagħmel, mhux għas-“surpluses” li jirnexxilu jiġma’.

    Fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet li sarulhom, il-Kummissarji nominati ħteġilhom jikkomfortaw liż-żewġ naħat. Ma kinitx logħba faċli.

    BOGĦOD

    Ma stajtx niddeċiedi jekk kienx qed jiddieħek bija bil-kwiet jew kienx jitkellem bis-serjetà. “Qed tagħmel sew l-Ewropa li tagħti importanza lill-ispazju, qalli. Dil-ġdida li se tmexxi l-Kummissjoni Ewropea, hux se tpoġġi Kummissarju inkarigat mill-ispazju?

    --In parti, weġibtu. Jekk tgħaddi mis-smigħ, għax mara, se jkollha fil-portafoll tagħha l-ispazju.

    --Ma jistax ikun, kompla, li nħallu l-ispazju f’idejn l-Amerikani u r-Russi, u issa wkoll iċ-Ċiniżi u l-Indjani! L-Ewropej jridu jkunu quddiem nett f’dil-ħaġa. It-taħsir fil-klima li għaddej mhux se jieqaf. F’qasir żmien, il-bnedmin mhux se jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu hawn. Se tkun ħaġa urġenti li nsibu dinja oħra fejn nistgħu mmorru ngħixu għax hawn mhux se jkollna futur aktar.

    Naħseb li kien qed jitkellem bis-serjetà. 

    ĠIMGĦA BLA LAĦAM

    L-isfida li għamlulna l-Vegani biex ngħaddu ġimgħa, aħna lkoll li m’aħniex “bħalhom”, bla ma nieklu l-laħam  hi provokattiva. Kieku qed ngħix dejjem fl-istess post naħseb li kont nidħol għaliha.

    Għax il-problema hi li għal min mhux imdorri b’din id-dieta, ikun meħtieġ ippjanar tajjeb tal-menuijiet li se jidħol għalihom. Mhux għax għandu jkollu xi biża’ li se jmut bil-ġuħ, imma għax irid jagħżel minn qabel x’biħsiebu jiekol u jkun żgur li l-għażla tkun tassew ħielsa minn prodotti annimali (bajd? ħalib? ġobon? estratti tal-brodu? għasel?...) U għax imbagħad wieħed jaqbillu jistokkja l-prodotti magħżula. 

    Matul is-snin iltqajt ma’ diversi nies li kienu ilhom jieklu ħxejjex biss. Mhux talli kienu f’saħħithom u jgawdu l-ħajja (uħud minnhom imissu l-ħxuna jekk ma tridx) imma mdorrija wkoll igawdu ikel bħal pizzez u għaġin il-forn b’togħmiet eċċellenti għalkemm mingħajr laħam.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0