Skema għal ġbir ta’ skart mediċinali

  • Ott 02, 2019 12:55
  • Miktub minn Brian Gatt

    Nhar it-Tnejn li għadda, l-aħħar ta’ Settembru, flimkien mal-kollegi Ministru Jose Herrera u s-Segretarji Parlamentari Deo Debattista u Aaron Farrugia indirizzajt Konferenza tal-Aħbarijiet li matulha tħabbret it-tnedija minn Wasteserv ta’ skema għall-ġbir ta’ skart mediċinali. Skema li hija l-fażi li kien imiss mill-kampanja nazzjonali ‘Sort It Out’. Skema li daħlet fis-seħħ mill-bieraħ, 1 ta’ Ottubru, li permezz tagħha mediċini skaduti jew li mhumiex aktar meħtieġa għandhom jiġu depożitati f’kontenituri speċjalizzati għar-rimi fi spiżeriji madwar Malta u Għawdex. S’issa għandna 163 spiżerija privata li qegħdin jipparteċipaw f’din l-iskema. Konvint li dan in-numru se jkompli jikber.

    L-iskart mediċinali jiġi ġġenerat meta l-oġġett mediċinali jiskadi jew ma jkunx aktar meħtieġ mill-konsumatur. Sfortunatament nisimgħu b’diversi stejjer dwar kemm jinstabu mediċini ta’ kull xorta fi kxaxen li litteralment ma jkunx hemm użu għalihom u allura jkunu jridu jintremew. Apparti l-ħela u flus minfuqa għal xejn min-naħa tal-Istat, rimi b’mod mhux adekwat ta’ mediċini skaduti jew li ma jkunux aktar meħteġin mill-konsumatur, huwa ta’ detriment għal saħħitna u għall-ambjent. Problema kbira li qegħda tiffaċċja d-dinja mil-lenti medika hija r-reżistenza li qegħda tinbena għal antibiotiċi. Ir-rimi ta’ mediċini b’mod irresponsabbli jkompli jkabbar din il-problema.

    F’dan l-isfond nixtieq nagħmel tliet appelli. Nibda mill-pazjenti u l-qraba immedjati tagħhom. M’għandhomx jittieħdu mediċini aktar milli hemm bżonn. Se nkunu qegħdin ngħinu dan bl-introduzzjoni ta’ sistema teknoloġika li biha jkun assigurat li ma tingħatax mediċina aktar milli meħtieġ. Xiħaġa oħra ferm u ferm ħażina hija l-użanza li mediċina li tkun bdiet tintuża u li l-kors tagħha jkun għadda, tibqa’ tinżamm għax forsi l-individwu jista’ jerġa’ jkollu bżonnha. Għandu jkun enfasizzat li la darba l-pakkett tal-mediċina, jew il-flixkun, ikun infetaħ il-validità tal-mediċina tkun limitata fiż-żmien li tista’ tintuża. Ikun ħażin u perikoluż li mediċina tinżamm għal li jista’ jkun.

    Appell għall-koperazzjoni. Issa li bil-koperazzjoni tal-ispiżeriji privati qegħdin nintroduċu servizz li permezz tiegħu nistgħu niddisponu b’mod responsabbli minn mediċini li jkunu skadew jew li ma jkunx fadal il-bżonn tagħhom allura ejjew nużawh. Servizz li litteralment qiegħed wara biebna.

    Bil-koperazzjoni ta’ kulħadd konvint li anke din il-fażi tal-kampanja ‘Sort it Out’ tkun suċċess bħall-fażi ta’ qabilha, is-separazzjoni tal-iskart. Prosit mill-qalb lil Wasteserv u lil kull min ta u qiegħed jagħti sehmu f’din il-kampanja nazzjonali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0